Aqbeż għall-kontentut

Torri ta' Għajn Ħadid

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Torri ta' Għajn Ħadid, fotografija meħuda inti u tiela' 'l fuq mill-irdum ta' qrib lejn il-lvant

It-Torri ta' Għajn Ħadid hu fortizza fuq il-gżira ta' Malta mibnija fl-1658 mill-Kavallieri ta' Malta bl-ordni tal-Gran Mastru Martin De Redin. Dan torri tal-għassa mibni fuq art għolja fuq l-irdum imsejjaħ l-Irdum ta' Għajn Ħadid, iħares lejn ix-xatt magħruf bħala "L-Aħrax tal-Mellieha" fit-tramuntana ta' Malta.

Dan it-torri hu wieħed minn sensiela ta' 13-il torri ta' de Redin mibnijin bl-għan li jkun hemm komunikazzjoni bejn Għawdex u l-kwartier ġenerali tal-kavallieri fil-belt Valletta.

It-Torri ta' Għajn Ħadid sofra ħsara kbira fl-1856 minħabba terremot li laqat il-gżejjer Maltin.

Il-plakka kommemorattiva tas-soltu hi nieqsa minn hemm għax tqegħdet, flimkien ma' kanun ta' sitt libbri li baqa' installat fit-torri sad-diżastru tal-1656, fil-ġnien Tas-Salib il-Mellieħa.

Koordinati: 35°58′04″N 14°23′06″E / 35.96778°N 14.385°E / 35.96778; 14.385