Skanderbeg
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
George Kastrioti Skanderbeg (bl-Albaniż: Gjergj Kastrioti Skënderbeu; Krujë, 1403 – Lezhe, 17 ta' Jannar 1468) kien sinjur Albaniż tas-seklu 15,[1] ikkunsidrat bħala eroj nazzjonali għar-reżistenza tiegħu għal iktar minn żewġ deċennji kontra l-Imperu Ottoman.
Missieru Gjon Kastrioti kien sinjur tal-Albanija li kien jagħmilha ta' vassal mal-Ottomani. Gjergj Kastrioti, wara karriera militari b'servizz lejn l-Imperu Ottoman, irrifjuta l-Iżlam u rritorna għall-fidi Nisranija. Hu rnexxielu jqajjem rewwixta kontra l-Ottomani, fejn ippreżenta lilu nnifsu bħala difensur tal-Kristjaneżmu fil-Balkani.
L-isem Skanderberg huwa laqam ta' nisel Tork; l-Ottomani kienu jsejħulu Iskender[2] bey li tfisser "Sinjur Alessandru", bħala referenza għall-abbiltajiet bħala kmandant militari li kien jirrifletti lil Alessandru l-Kbir.