Aqbeż għall-kontentut

Sistema Solari

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Sistema solari)

Id-Dinja tagħmel parti mis-sistema solari, li fiċ-ċentru tagħha tinsab ix-xemx li għandha 99.86% mill-massa tas-sistema solari kollha. Il-kamp gravitazzjonali assoċjat mal-massa tax-xemx jiġbed il-bqija tal-kostiwenti l-oħra, inkluża id-Dinja, jorbitaw madwarha. Il-maġġor parti tal-oġġetti jinsabu fuq l-istess pjan, jorbitaw max-xemx fl-istess direzzjoni.

Id-Dinja hi t-tielet pjaneta 'l bogħod mix-xemx u hi waħda mill-erba' pjaneti terrestri, dawn tal-aħħar jinsabu fis-sistema solari ġewwinija. L-eqreb pjaneta tax-xemx hi Merkurju, segwita minn Venere. Wara d-Dinja hemm Marte, u mbagħad insibu l-Ġganti Gassużi, Ġove, Saturnu, Uranu, u Nettunu. Iċ-ċkejkna Plutone tinsab fit-tarf tas-sistema solari.

Id-Dinja għandha satellita naturali waħda li hija l-Qamar. L-unika pjaneta terrestri oħra li għandha xi qmura hi Marte, iżda l-ġganti gassużi għandhom familji sħaħ minnhom waqt li Plutone għandha waħda biss: Karonte.

Membri oħra tas-sistema solari huma l-asterojdi roċċużi li jinsabu l-aktar fl-orbiti ta' bejn Marte u Ġove. Fis-Sistema solari nsibu wkoll il-Faxxa ta' Kuiper li tinsab lil hinn mill-orbita ta' Nettunu, insibu wkoll il-Kometi li joriġinaw mis-Sħaba ta' Oort li tiżboq mad-dawra kollha tas-Sistema solari. Dawn il-korpi huma fdal mill-formazzjoni tas-Sistema solari.

Ir-riħ solari, fluss ta' plasma ġej mix-xemx, jinfirrex mas-sistema solari kollha. Dan joħloq bużżieqa fil-materjal interstellari magħrufa bħala eljosfera, li testendi lil hinn minn nofs tad-diska diffusa.

Lejn in-nofs tal-2008, ħames oġġetti tas-sistema solari ġew ikklassifikati bħala pjaneti nani: Ċerere, li tinsab fil-faxxa ta' l-asterojdi, u erba' korpi oħra misjuba lil hinn mill-orbita ta' Nettunu, Plutone (li qabel kien meqjus bħala d-disa' pjaneta), Haumea, Makemake, u Eris.

Sitta mill-pjaneti u tlieta mill-pjaneti nani għandhom madwarhom satelliti naturali, barra minn hekk kull pjaneta esterna hi mdawra minn ċrieket planetarji ta' trab u ta' partiċelli oħrajn.

Introduzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Pjaneti u pjaneti nani tas-Sistema Solari. daqsijiet fuq skala, iżda id-distanzi relattivi mix-xemx mhumiex.

Huwa diffiċli tispjega il-kobor tas-sistema solari; wieħed jista' biss bejn wieħed u ieħor iqisha bħala sfera irregolari b'dijametru ta' madwar 80 UA. Ġos-Sistema solari l-spazju bejn il-korp ċelesti mhux vojt, fih trab, gassijiet u partiċelli elementari li jagħmlu il-materjal interplanetarju.

Ix-xemx għandha importanza ewlenija, dan għaliex barra li hija l-unika stilla jew kewkba, u għaldaqstant l-unika għajn ta' enerġija termika tas-sistema, hija wkoll iċ-ċentru gravitazzjonali.

L-ikbar korp ċelesti tas-sistema solari hija appuntu x-xemx (il-kewkba SOL), li minnha tieħu l-isem is-sistema kollha. Skont id-definizjoni ta' pjaneta il-ġdida, stabilita fil-kongress tal-Unjoni Astronomika Internazjonali tal-24 t'Awwissu 2006: madwar ix-xemx iduru tmien pjaneti, hawn imniżżla skont l-ordni tad-distanza mix-xemx:

Barra minn dawn, insibu fis-Sistema ħames pjaneti nani: Ċerere, Plutone u Eris,Haumea, Makemake. Pjaneta nana mhux neċessarjament tkun iċken minn pjaneta normali: però hi ċkejken wisq biex tnadaf l-orbita tagħha minn korpi oħra ta' daqsijiet sinifikattivi. Il-pjaneti nani s'issa msemmija mill-Unjoni Astronomika Internazjonali, infatti, jaqsmu l-orbiti tagħhom ma' mijiet ta' oġġetti oħra (fil-każ ta' Ċerere, forsi ma' miljuni).

Raffigurazzjoni fuq skala tad-daqsijiet tax- xemx, tat-tmien pjaneti tas-sistema (fl-ordni: Merkurju, Venere, Art, Marte, Ġove, Saturnu, Uranu u Nettunu) u tal-pjaneta nana Plutone. Id-distanzi bejn il-pjaneti huma ħafna akbar minn kemm hu muri fix-xbieha.

Oriġni tas-Sistema solari

[immodifika | immodifika s-sors]
Rappreżentazzjoni artistika tas-sistema solari qabel kien kif nafuh aħna

Skont l-esperti fil-qasam jingħad illi x-xemx u l-pjaneti ffurmaw minn nebuluża ta' gassijiet interstellari, madwar 4,6 eoni ilu.[1] (Eon wieħed huwa biljun sena).

Il-prova ta' oriġini komuni hija kkonfermata fl-analiżi ta' xi regolaritajiet fl-imġiba tal-pjaneti, li jduru kollha l-istess madwar ix-xemx.

Skont it-teoriji attwali, in-nebulosa tal-bidu kellha temperaturi baxxi u kienet magħmula minn idroġenu u elju, minn varjetà kbira ta' elementi kimiċi itqal u minn trabijiet.

Madwar ħames biljun sena ilu fin-nofs tan-nebuluża (sħab spazzjali) wisq probbabbli ikkrajat ruħha parti aktar densa u għalhekk in-nube, taħt il-forza gravitazzjonali, ipotetikament bdiet tixtorob.

Fi ftit miljuni ta' snin, fiż-żona ċentrali, id-densità u t-temperatura setgħu għolew tant li ġiet iffurmata il-proto-xemx. Kontemporanjament, il-kontrazzjoni setgħet ikkawżat żieda fil-ħeffa tad-dawrin tal-qawwa ċentrifuga tas-sistema. Għalhekk jista' jkun li n-nube iċċatjajt, u ħadet id-dehra li tixbah diska rotanti madwar ix-xemx. Il-tiġrif gravitazzjonali tal-massa tal-proto-xemx jista' jkun li kkawżat żieda fit-temperatura tal-qalba.

Fil-fażijiet finali tal-proċess, riħ xemxi qawwi seta' ġibet lejn ir-reġjuni barranin l-elementi ħfief kollha, partikolarment l-idroġenu u l-elju.

Waqt li l-qalba tal-proto-xemx kienet qiegħed tisħon sa ma laħqet temperaturi biżżejjed jiżirġu għar-reazzjonijiet termonukleari, fid-diska li ddawwar bdew jikbru iġsma tul xi kolliżjonijiet u jiġbdu lejhom frak iċken preżenti fl-ispazju li jiċċirkondha. Hu fuq din l-ipoteżi jista' jingħad li hekk ifformaw il-proto-pjaneti, li minnhom ġew il-pjaneti attwali, waqt li l-proto-xemx saret stilla safra u stabbli.

Familja ta' pjaneti

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Pjaneta.
Il-pjaneti tas-Sistema solari skont id-daqs relattiv tagħhom

Eris (uffiċjalment 136199 Eris, u qabel 2003 UB313) kien skopert minn Michael E. Brown, Chad Trujillo, u David Rabinowitz fil-5 ta' Jannar, 2005, minn ritratti li ttieħdu fil-21 ta' Ottubru, 2003. Huma riedu jagħtuha l-isem Ksina (en: Xena) iżda l-Unjoni Astronomika Internazjonali, l-għaqda internazzjonali tal-Astronomija tatha l-isem tal-alla Grieg tad-diżarmonija, Eris. L-isem latin hu Discordia. Wieħed mir-raġuni għala ntgħażel dan l-isem hu biex jirrifletti t-taħwid u l-konfużjoni li hemm fil-komunità tal-astronomi dwar in-natura tal-oġġett (il-pjaneta nana).

Kważi l-pjaneti extrasolari kollha (dawk barra s-Sistema solari) skoperti s'issa għandhom massa daqs jew ikbar minn ta' Ġove, l-ikbar pjaneta tagħna (l-unika eċċezzjoni hija komposta minn tliet pjaneti orbitanti pulsar, il-fdal minn splużjoni ta' supernova. Dawn huma l-uniċi tliet pjaneti ekstrasolari ta' massa simili għal-Art). Il-mottiv huwa derivat minn effett ta' selezzjoni, li fih l-istrumenti tagħna huma kapaċi li jaraw biss pjaneti kbar ħafna u biswit għall-istilla tagħhom, għax l-effetti gravitazzjonali tagħhom huma ikbar u allura iktar faċli li jidhru. Jeżistu probabilment, ħafna iktar pjaneti ekstrasolari li għadna ma nistgħux niskopru. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-pjaneti skoperti s'issa, mhux simili għall-ġganti gassużi li nafu, għax huma tant viċin l-istilla tagħhom li għandhom temperaturi elevati (anki sa' eluf ta' gradi għal xi wħud), u spiss ikollhom orbita altament ellittika, li twassalhom alternattivament, viċin u 'l bogħod mill-istilla tagħhom.

Il-pjaneti tas-Sistema solari ġewwinija jissejħu Pjaneti Terrestri. Dawn il-Pjaneti għandhom atmosferi ħfief b'kuntrast mal-erba' pjaneti gassużi jew pjaneti Ġovali li jinsabu fis-Sistema solari barranija.

Il-Pjaneti Gassużi huma prinċipjalment magħmula minn materjal ta' nebula solari. Dawn jinsabu 'l bogħod wisq mix-xemx biex il-gassijiet u t-trabijiet li jiffurmawhom jevaporaw bħal fis-Sistema solari ġewwinja li hija iktar sħuna bill hi eqreb lejn ix-xemx. Il-ġganti gassużi huma massivi biżżejjed biex iżżommu l-atmosfera oriġinali.

Skoperta tal-pjaneti

[immodifika | immodifika s-sors]

Sal-1781, kienu magħrufa biss il-ħames pjaneti viżibbli bl-għajn għera u l-Art, is-seba' pjaneta, Uranu, kien skopert minn William Herschel, mużiċista Ġermaniż li emigra lejn l-Ingilterra u sar astronumu famuż.

Għall-ewwel Herschel ħaseb li dak il-korp ċelesti hekk ċar kien xi kometa, iżda ma damx ma ntebaħ li dak l-oġġett kien Uranu. Għall-bidu hu ried issemmi l-pjaneta Georgium Sidus wara r-re Ġorġ III, iżda sar magħruf mal-Ewropa kollha bħala Uranu, għall-muża tal-Astronomija, Urania, u l-isem baqa' hekk.

Fl-1830, xi astronomi bdew jaħsbu li pjaneta oħra setgħet tinsab lil hinn minn Uranu. 16-il sena wara l-astronomu Franċiż, Urbain Le Verrier, ippubblika kalkuli li juru fejn hu ħaseb dan il-pjaneta l-ġdida setgħet tinsab. Fit-23 ta' Settembru 1846, żewġ astronomi fl-osservatorju Royal ta' Berlin, J.G. Galle u H. d'Arrest, illokalizzaw 'il Nettunu.

Sir william Herschel, mużiċista Germaniż, li dar għall-interess astronomiku u skopra l-pjaneta Uranu.

Moviment tal-pjaneti

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-moviment ta' kull pjaneta jseħħ tul linja magħluqa ta' forma approssimattivament ellittika magħrufa bħala orbita. Il-pjan fuq liema jseħħ il-mutur tar-rivoluzzjoni tal-Art huwa il-pjan ellittiku, u fuqu joqogħdu approssimattivament l-orbiti ta' kull pjaneta tas-sistema solari.

Oġġetti oħrajn

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sistema solari fiha korpi oħrajn bħala huma is-satelliti, li jorbitaw madwar il-pjaneti, u il- kometi, li jduru madwar ix-xemx u għandhom orbita daqxejn eċċentrika u pjani orbitali inklinati ħafna pparagunati mal-ellittika. Hemm preżenti ukoll anke trab u gass rarefatt ħafna kkonċentrat madwar l-ellittika, li jxerdu ir-radjazzjoni xemxija u b'hekk jiġi ġġenerat id-dawl żodjakali.


Univers eljoċentriku
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Xemx.

Il-massa tax-xemx hi ta' madwar 2×1030 kg, u hi ħarira iktar elevata minn dik ta' stilla medja. Madwar 74% tal-massa tagħha hi magħmula mill-idroġenu, 25% mill-elju u l-bqija hu magħmul minn kwantità ta' traċċi ta' elementi itqal. Ix-xemx bħal kumplament tal-iġsma ċelesti l-oħra li jinsabu fis-sistema, għandha xi 4.6 biljun sena, u li tinsab f'nofs triq tas-sekwenza ta' evoluzzjoni ewlenija tagħha. Matulha, reazzjonijiet ta' fużjoni nukleari fil-qalba tax-xemx jgħaqqdu bis-sħana l-idroġenu ma' l-elju. F'temp ta' qisu 5 biljun sena oħra x-xemx issir nebula planetarja.

Kultant xi stimulu hu meħtieġ biex tibda' kontrazzjoni ta' sħaba. Din taf tkun il-ġibda gravitazzjonali ta' kewkba għaddejja, il-mewġa ta' densità fi ħdan ta' galassja spirali jew xokk minn splużjoni ta' supernova. Xi astronomi jsostnu li supernova fil-qrib bdiet sħaba u naqset mid-daqs sa ma x-xemx iffurmat xi 4,600,000,000 sena ilu.

Hekk kif is-sħaba naqset mid-daqs, il-pressjoni u t-temperatura telgħu fin-nofs sakemm tal-aħħar saret daqshekk taħraq u l-pressa hekk kbira li l-fużjoni nuklejari bdiet. IL-fużjoni nukleari hija l-qawwa li kull kewkba għandha, u ġox-xemx l-ammonti vasti ta' idroġenu li qed jiġu mibdula għal elju, jipproduċu l-enerġija. Kewkba titwieled meta tibda l-fużjoni nuklejari.

Tul il-ħajja kollha ta' kewkba jkun hemm bilanċ sħiħ bejn il-gravità (li tipprova tnaqqas id-daqs tal-istilla) u l-pressa li tipprova tinbuttaha 'l bogħod. Kewkba tkun l-iżjed stabbli waqt li taħraq l-idroġenu ġewwa qalbha. F'dan l-istadju hija msejħa kewkba fis-sekwenza ewlenija. Ix-xemx hija attwalment f'dan l-istadju ta' ħajjitha u għandha tibqa taħraq l-idroġenu ta' qalbha għal 5,000,000,000 jew 6,000,000,000 sena oħra.

Din in-nebula planetarja, in-NGC 2440, hija ageing star

Meta l-idroġenu kollu tal-qalba jintuża , ix-xemx tibda' taħraq l-idroġenu ġol-atmosfera tagħha qoxra wara qoxra. Huwa u l-font tal-enerġija joħroġ 'il barra, ix-xemx tespandi u tiksaħ, u ssir ġganta ħamra.

Meta l-idroġenu jintuża kollu, ix-xemx tikkrolla. Il-qalba tisħon ħafna iktar sakemm terġa' ssir fużjoni nuklejari oħra, iżda din id-darba huwa l-elju li jinħaraq jipproduċi l-karbonju.

L-elju jinħaraq f'ħafna inqas ħin mill-idroġenu, għalhekk jiġi kkonsmat f'perijodu iqsar. Meta x-xemx terġa tikkrolla, issa, il-qalba ma tisħonx biżżejjed u ma jkunx possibli li sir fużjoni nukleari oħra. Ix-xemx issir nana bajda, tiksaħ gradwalment u tmut.

L-istruttura interna tax-xemx.
Sors: [1]

Sistema solari interna

[immodifika | immodifika s-sors]

Sistema solari interna huwa l-isem użatt għar-reġjun spazjali li fih hemm il-pjaneti imġebla u l-faxxa tal-asteroidi. Ikkomposti prinċipalment minn silikati u metalli, l-oġġetti tas-sistema solare interna huma qrib ħafna tax-xemx, tant li r-raġġ ta' din is-sezzjoni huwa iżgħar mid-distanza ta' bejn Ġove u Saturnu.

L-struttura interna tal-pjaneti roċċużi.

Pjaneti interni

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-pjaneti interni. Mix-xellug għal-lemin: Merkurju, Venere, Art u Marte (fuq skala)

Il-pjaneti terrestri huma densi, għandhom kompożizjoni imġebla, għandhom ftit jew xejn satelliti naturali, u m'għandhomx ċrieki. Huwa komposti l-akatr minn materjali bħas- silikati, li jibnu il-krosta u il-mantelli, u il-metalli bħal ma huma il-ħadid u n-nikil, li jagħmlu il-qalba. Tlieta mill-erbgħa pjaneti interni (Venere, Art u Marte) għandhom atmosfera, għandhom il-ħofor tal-impatti u plakek tettoniċi.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Merkurju (pjaneta).
Mużajk ta' Merkurju.
Sors: [2]

Merkurju hija l-pjaneta li hi l-eqreb lejn ix-xemx, u t-tieni l-iżgħar pjaneta tas-Sistema solari. Merkurju torbita f’inqas minn 88 jum. Bill qatt m'hi 'l bogħod wisq mix-xemx, Merkurju tista’ tidher biss tiddi fil-baxx tal-punent immedjatament wara nżul ix-xemx jew baxx fil-lvant eżatt qabel ż-żerniq.

Ir-Rumani semmew dan il-pjaneta għad-divinità Rumana Merkurju, x'aktarx minħabba l-moviment pjuttost veloċi tiegħu.

Il-kulturi Ċiniżi, Koreani u Ġappuniżi jirreferu għal dan il-pjaneta bħala l-Istilla ta' l-Ilma, ibbażat fuq il-Ħames Elementi.

Id-densità ta' Merkurju tixbah ħafna lil dik tal-Art, iżda huwa maħsub li proporzjonalment, fiha daqs darbtejn iżjed ħadid mill-pjaneti l-oħra.

L-kamp manjetiku ta' Merkurju hu baxx ħafna, u minħabba li Merkurju iddur fuqha nifsha bil-mod, huwa improbbabli li l-kamp manjetiku tagħha hu kkawżat mill-moviment rotazzjonali tal-qalba likwida tiegħu.

L-atmosfera tagħha hija ħafiefa ħafna wkoll, u tipproduċi pressjoni ta’ 2 x 10-11 ta' dik tal-Art. L-iktar element komuni huwa l-ossiġnu, segwit mis-sodju u l-idroġenu. Jinstabu ukoll atomi ta’ potassju u elju. L-idroġenu u l-elju huma maqbudin mir-riħ solari; l-ossiġnu, sodju u potassju wisq probbabli kienu mtajrin minn ġebel evaporat waqt in-nifdiet mikrometejorojdjali.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Venere (pjaneta).

Minħabba li din il-pjaneta hi ftit biss iżgħar mill-Art iżda tinstab iżjed viċin tax-xemx, qabel kienu jaħsbu li Venere kienet xi Ġenna tropikali; infatti hi infern tropikali b'temperaturi esaġerati, b'atmosfera qattiela u xita tal-aċtu. Venere hija l-eqreb pjaneta tad-Dinja. Bħall-Merkurju, Venere ma tkun qatt 'il bogħod ħafna mix-xemx. Filgħodu kmieni u filgħaxijiet, tiddi brillantament fuq ix-Xefaq; Venere hi ħafna drabi msejħa 'il-Kewkba ta' Filgħodu'. Apparti mix-xemx, u l-Qamar, Venere hija l-iktar ħaġa brillanti li nistgħu naraw fis-sema.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Art.

L-Art, il-pjaneta li ngħixu fiha aħna l-bnedmin, hija it-tielet waħda 'l hinn mix-xemx. Fl-ispażju, id-Dinja tidher ta' lewn ikħal skur u linji bojod dejjem jidbidlu, li huma s-sħab. Il-kulur blu ġej mill-ilma likwidu li jieħu 70% tas-superfiċi terrestri. Il-preżenza ta' dawn l-oċejani għandha effett essenzjali għall-ħajja fuq l-Art.

Bħall-pjaneti l-oħra, l-Art għandha l-qalba. Din il-qalba hija maqsuma fi tnejn, dik ġewwinija u dik ta' barra. Il-qalba ġewwinija hija magħmula maġġorment minn ħadid solidu u xi nikil u fonda biss 1,200 km (740 mil). Din il-qalba imbagħad hija mdawra bil-qalba barranija li hi magħmula minn ħadid imdewweb u hija ħarira inqas densa mill-ħadid imdewweb pur billi x'aktarx jinsabu xi 10% ta' elementi oħrajn. Il-qalba hija l-iżjed ħaġa densa li tinsab fl-Art. Fuq il-qalba hemm iż-żona ta' tranżizzjoni: strat ta' bejn 200 u 300 km-(120 u 190 mil) li huwa magħruf bħala "D". Din id-"D" tvarja kimikament kemm mill-qalba kif ukoll mill-mantell ta' l-Art. Il-materjal li hemm fih jista' jkun li hu materjal li kien maħlul mill-qalba jew inkella skula mill-mantell waqt li l-Art kienet għadha qed tifforma.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Marte (pjaneta).

Marte, tinstab iżjed 'l bogħod mix-xemx mill-Art tagħna, u hija nofs biss id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-Qamar. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-pjaneti terrestri l-oħrajn. Marte għandha kamp manjetiku dgħajjef, iżda riċerki juru li xi darba din il-pjaneta kellha waħda qawwija mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxaqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-Art. Marte torbita madwar ix-xemx bħall-Art u tesperjenza staġuni simili bħalha wkoll, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana.

Marte għandha il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali.

L-atmosfera hi ħafifa u komposta primarjament minn diossidu tal-karbonju. Il-pressjoni atmosferika hija biss 1% ta' dik tal-Art; jista' jkun li fl-imgħoddi kienet ikbar iżda l-gravità dgħajfa ta' Marte tfisser li diffiċli għaliha li żżomm atmosfera densa.

L-atmosfera mhix biżżejjed wiesgħa biex ikun hemm xi tip ta' effett serra li żżomm il-pjaneta sħun, għalhekk it-temperatura matul il-jum rari titla' iżjed minn 273K (0º C/32º F) u bil-lejl tinżel wisq inqas.

Faxxa ta' l-asterojdi

[immodifika | immodifika s-sors]
xbieha tal-faxxa u ta' l-asterojdi trojani

Il-maġġor parti ta' l-asterojdi huma iġsma żagħar tas-sistema solari magħmula, l-aktar minn blat u metall. Il-faxxa ewlenija ta' l-asterojdi tinsab fir-reġjun ta' bejn l-orbiti ta' Mars u Ġove, bejn 2,3 e 3,3 UA tax-xemx. Huwa maħsub illi dawn huwa radam ta' meta s-sistema solari kienet għadha qed tifforma, iżda il-fużjoni tagħhom falliet minħabba l-ġibda gravitazzjonali qawwija ta' Ġove.

Asterojdi waħda tista' tilħaq qisien ta' mijiet ta' kilometri iżda ukoll ta' ftit ċentimetri. Kull waħda mill-asterojdi, barra l-ikbar waħda, Ċerere, hija ikklassifikata bħala korp minuri tas-sistema solari, imma uħud, bħall-asterojde Vesta u Iġea possono jistgħu jiġu ikklasifikati bħala pjaneti nani jekk juru li waslu l-bilanċ idrostatiku.

Ċerere (2,77 UA) hija l-ikbar korp fil-faxxa tal-asterojdi u hija ikklassifikata bħala pjaneta nana.

Grupp ta' l-asterojdi

[immodifika | immodifika s-sors]
L-asterojdi tal-faxxa Ewlenija huma mqasmin fi gruppi u familji skond il-karatteristiċi orbitali tagħhom. Is-satelliti ta' l-asterojdi huma fihom infishom asterojdi oħrajn li jorbitaw madwar asterojdi akbar.

Sistema Solari Barranija

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sistema solari esterna hija il-post fejn jinsabu iġ-ġganti gassusi jew il-pjaneti Ġovjali. f'dan ir-reġjun torbita wkoll faxxa ċkejkna ta' kometi, fosthom iċ-Ċentawri. L- oġġetti solidi ta' dawn l-akwati huma magħmulha minn kwota għola ta' elementi volatili (bħal ilma, ammonju u metanu) b'paragun mall-oġġetti imġebla tas-sistema solari interna.

Pjaneta Ġovjali

[immodifika | immodifika s-sors]
Minn fuq għal isfel: Nettunu, Uranu, Saturnu e Ġove (mhux fuq skala)
Ġove (5.2 UA), b' 318-il darba l-Massa terrestri għandu 2,5-il darba il-massa tal-pjaneti l-oħra kollha. Fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa magħmul minn idroġenu u elju. L-intern ta' din il-pjaneta tant jirżeġ li joħloq sensiela ta' karatteristiċi semipermanenti fl-atmosfera tagħha, bħalma hija it-Tebgħa kbira ħamra. ġove għandu63 satelliti naturali magħrufa: l-akbar erbgħa huma, Ganimede, Callisto, Io, u Europa, juru xebh kbir mall-pjaneti terrestri, bħall-vulkaniżmu u żirġa ġewwinija.[2] Ganimede, l-ikbar satellita fis-sistema solari, hija saħansitra ikbar minn Merkurju.
Saturnu (9.5 UA), tingħaraf mill-bqija għas-sistema ta' ċrieki, għandha bosta analoġiji ma Ġove, bħalma hija il-komposiżjoni atmosferika. Saturnu hija ħafna inqas magħquda, għax għandha fiha 95 massi terrestri biss.
Nettunu (30 UA). Minkejja li din il-pjaneta hija kemm kemm iżgħar minn Uranu, hija itqal (daqs 17-il darba masses terrestri) għaldaqstant aktar densa. Hija tirradja aktar sħana ġewwinija ikkumparata ma' Uranu, iżda mhux daqs Ġove jew Saturnu.[3] Nettunu għandha 13-il satellita magħrufa. L-ikbar wieħed, Tritone, hija ġeoloġikament attiva, b' geysers ta azotu likwidu.[4] Tritone huwa l-unika satellita kbira b'orbita u direzzjoni retrograda. Nettunu huwa msieħeb fl-orbita minn sensiela ta' planetoidi.
Uranu (19,6 UA), b' 14-il massa terrestri, hija il-pjaneta esterna l-inqas li tiżen. Unika fost il-pjaneti, torbita madwar ix-xemx b'inklinazjoni assjali li taqbeż id-90° f'rispett l-eklittika. In-nukleju (qalba) huwa riżaħ ħdejn il-ġganti gassużi, għalhekk tarmi ftit li xejn sħana fl-ispazju.[5] Uranu għandha 27 satelliti magħrufa, uħud mill-ikbar huma Titanja, Oberon, Umbrjel, Arjel u Miranda.
Kometa Hale-Bopp

Il-kometi huma iġsma minuri tas-sistema solari, magħmula minn silġ voltili u d-dijametru tagħhom ikun ta' ftit kilometri. L-orbita tal-kometi hija ftit stramba, generalment matul il-perjelju insibuhom qrib l-orbiti tal-pjaneti ġewwienija, mentri waqt l-afelju]] insibuhom lill-hinn minn Plutone. Meta kometa tidħol fis-sistema solari interna, il-wiċċ inġazzat jibda' jinħal minħabba li tkun qrib tax-xemx, sa ma jiġi iffurmat demb, ħafna drabi viżibbli bl-għajn għamja.

Huma magħarufa żewġ tipi ta' kometi, dawn ta' perjodu qasir u dawn ta' perjodu twil. Dawk ta' perjodu qasir idumu inqas minn mitejn sena filwaqt li l-oħrajn jafu jdumu jorbitaw għal eluf ta' snin. Huwa maħsub illi l-kometi ta' perjodu qasir tnisslu mill-faxxa ta' Kuiper, waqt li dawn ta' perjodu twil, bħal Hale-Bopp, huwa maħsub li joriġinaw mis-sħaba ta' Oort. Gruppi kbar ta' kometi, ġew iffurmati mit-tifrik ta' kometa kbira waħda.[6]

Iċ-ċentauri, li jinfirxu tul faxxa li tmur minn 9 sa 30 UA, huma iġsma li jorbitaw fir-reġjun spazjali ta' bejn Ġove u Nettunu. L-ikbar wieħed magħruf, Cariklo, għandu dijametru ta' xi 250 km.[7] L-ewwel ċentawr li nstab huwa Chirone, li kien ikklassifikat bħala kometa(95P) billi jġib ruħu bħall-kometi meta joqorbu lejn ix-xemx.[8] Xi astronomi jikklassifikaw l-asteroidi ċentawri bħala oġġetti tal-faxxia ta' Kuiper.

Oġġetti trans-nettunjani

[immodifika | immodifika s-sors]

Iż-Żona lill-hinn min-Nettunu, magħrufa aktar bħala "Oġġett trans-nettunjan", hija fil-biċċa il-kbira tagħha inesplorata. Jista' jkun li fiha jinsabu prevalentement oġġetti ċkejkin magħmula prinċipalment minn ħaġar u silġ. Xi astronomi ma jagħmlux differanza bejn dan ir-reġjun u is-sistema solari esterna.

Ċintorin ta' Kuiper

[immodifika | immodifika s-sors]

L-esitenza taċ-Ċintorin ta' Kuiper magħrufa anke bħala il-Faxxa ta' Kuiper (mit-Taljan) kienet issuġġerita sa minn qabel ma ġiet osservata. Minħabba l-fatt li l-Kometi ta' perijodu qasir iduru madwar ix-xemx fuq l-istess pjan u fl-istess direzzjoni bħall-pjaneti, huwa probabbli li huma joriġinaw mill-pjan tas-Sistema Solari.

F'Awissu 1992, l-ewwel oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper ġie skopert minn David Jewitt u Jane Luu, u xi 100 oġġett simili ġew skoperti wara dik id-data. Kien issuġġerit ukoll li ċ-ċkejken Plutone u qamru Karonte x'aktarx jagħmlu parti mill-Faxxa ta' Kuiper, hekk ukoll kif jista' jkun li hu Tritone, l-akbar satellita ta' Nettunu. Tritone huma satellita barra min normal, l-orbita tiegħu madwar Nettunu hija retrograda (kontra l-orbita tal-oħrajn). Din l-imġiba iġġiegħel lill-esperti jaħsbu li oriġinarjament kienet oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper u ġiet maqbuda mill-kamp gravitazzjonali ta' Nettunu.

Plutone u Karonte

[immodifika | immodifika s-sors]
Plutone (39 UA) hija pjaneta nana, hija l-akbar oġġett magħruf tal-Faxxa ta' Kuiper. Meta saru jafu biha, fl-1930, kienet mgħadduda bħala id-disa' pjaneta tas-sistema solari, iżda fl-2006 wara li ġie deċiż id-definizjoni eżatta ta' x'inhi pjaneta, ġie mibdul l-istatus tagħha għal dak ta' pjaneta nana.
Plutone, Karonte u ż-żewġ qmura magħrufa
Għadu mhux ċar jekk Karonte, l-akbar qamar ta' Plutone, hux se jiġi huwa ukoll klassifikat bħala pjaneta nana. Il-bariċentru tas-sistema ta' dawn iż-żewġt iġsma ma jinsab fl-ebda waħda minnhom, minflok din is-setgħa taqa' fl-ispazju, għalhekk Plutone-Karonte jitqies sistema binarju. Madwarhom iduru żewġ qmura żgħar, Lejl u Idra.
Plutone huwa korp ikklassifikat bħala oġġett risonante taċ-Ċintorin ta' Kuiper, u għandu proporzjon orbitali ta' 3:2 ma' Nettunu, jiġifieri Plutone jorbita darbtejn madwar ix-xemx kull tliet orbiti ta' Nettunu. L-oġġetti taċ-Ċintorin ta' Kuiper li jaqsmu dan ir-rapport huma msejħa plutini.[9]

Haumea u Makemake

[immodifika | immodifika s-sors]
Haumea (43,34 UA), u Makemake (45,79 UA) huma l-ikbar oġġetti magħrufa taċ-ċinturin ta' Kuiper klassiku. Haumea huwa oġġett b'forma ta' bajda b'żewġ qmura. Makemake huwa l-oġġett l-iktar li jixhel fiċ-ċintorin ta' Kuiper wara Plutone. L-orbiti ta' Haumea u Makamake huma ħafna aktar inklinati minn dik ta' Plutone (28° u 29°),[10] u b'differenza minn Plutone mhumiex inflwenzati minn Nettunu, u jagħmlu għalhekk parti mill-oġġetti klassiċi taċ-ċintorin ta' Kuiper.

Diska mifruxa

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-diska mifruxa tinsab lil fuq mill-faxxia ta' Kuiper, imma testendi ruħa ħafna lejn l-estern tas-sistema solari. Huwa maħsub li dan ir-reġjun spazjali huwa l-għajn tal-kometi ta' żmien qasir. huwa maħsub ukoll li l-oġġetti tad-diska mifruxa kienu ġew imbuttati lejn orbiti irregolari mill-inflwenza gravitazzjonali tal-migrazzjoni tal-bidu lejn l-estern ta' Nettunu. Il-biċċa l-kbira tal-oġġetti tad-diska mifruxa (SDOs) għandhom il-perielju fl-intern tal- faxxa ta' Kuiper, imma afeljuhom jista' jinsab anki 150 UA mix-xemx. Ukoll, l- orbiti tal-SDOs imma inklinati ħafna ħdejn il-pjan tal-ekklitka, spiss saħansitra anki kartabun ghaliha. Xi astronomi jgħidu illi d-diska diffusa hija sempliċement reġjun tal-faxa ta' Kuiper, u jideskrivu dawn il-korpi ċelesti "oġġetti mifruxa tal-faxxa ta' Kuiper".[11]

Eris u qamartu Disnomia

Eris (68 UA) huwa l-ikbar korp mgħaruf tad-diska diffusa, dan l-oġġett ħalaq dibattitu fuq x'jista' jkun verament, Peress li huwa mill-inqas 5% ikbar minn Plutone, b'dijametru stmat ta' xi 2400 km: għaldaqstant l-ikbar pjaneta nana magħrufa.[12] Għandha wkoll qamar, Disnomia. Bħal Plutone, l-orbita hija eccentrica għall-aħħar u daqstant ieħor inklinata ħdejn il-pjan tal-eklittica: għandha perjodu ta' 38,2 UA u afelju ta' 97,6 UA mix-xemx.

L-ibgħad reġjun

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-punt ta' fejn tintemm is-sistema solari u jagħti bidu għal-ispazju interstellari mhux definit preċiżament, dan ghaliex il-konfini tiegħu jistgħu jiġu ittraċċati b'żewġ forzi distinti: ir-riħ solari jew il-qawwa tal-gravità xemxija. Il-limitu estern ittraċċat mir-riħ solari jasal sa bejn wieħed u ieħor erba' darbiet aktar id-distanza Plutone-xemx; din eliopausa hi meqjusa l-bidu tal-mezz interstellari. Minkejja kollox, l-sfera ta' Hill tax-xemx, jew ir-raġġ effettiv ta' influwenza gravitazzjonali tagħha, hu ritenut li jista' jestendi sa elf darba iktar 'il bogħod.

L-eljusfera hija maqsuma f'żewġ reġjuni distinti. Ir-riħ solari jivvjaġa bejn wieħed u ieħor 40 000 km/s sa ma jiltaqa' mal-flussi tal-plasma fil-mezz interstellari. Il-ħabta si tivverifika fi ħdan it-termination shock, li jinsab bejn wieħed u ieħor 200 UA mix-xemx.[13]< ir-riħ jonqos drastikament, jikkondensa u jsir aktar qawwi,[13] jifforma struttura ovale kbira magħarufa bl-isem Eliosheath, li tidher iġġib ruha bħala denb xi kometa: hu jestendi lejn l-estern għal 40 UAoħra fuq il-lat sopravvento, waqt li jestendi ħafna inqas fid-direzzjoni opposta. Iż-żewġ sondi Voyager wieħed u Voyager tnejn qabżu it-termination shock u daħlu fl-Eliosheath, u jidbgħadu rispettivament 94 u 84 UA mix-xemx.[14][15] Il-limiti esterni tal-eljusfera, l-eljupawsa, huwa il-punt fejn ir-riħ xemxi jintemm u jibda l-spazju interstellari.[16]

Sħaba ta' Oort

[immodifika | immodifika s-sors]
Xbieha artistika tal-faxxa ta' Kuiper u tal-ipotetica nube di Oort

L-ipotetika sħaba ta' Oort hija massa kbira komposta minn biljuni ta' oġġetti msilġa li huwa maħsub hija il-fonti tal-kometi ta' perjodu twil u li jiċċirkondaw is-sistema solari bejn wieħed u ieħor 50 000 UA (xi sena dawl), u forsi sa 100 000 UA (1,87 snin dawl). Huwa ritenut illi is-sħaba hija komposta minn kometi li ġew imkeċċija mis-sistema solari interna min interazzjonijiet gravitazzjonali mall-pjaneti esterni. L-oġġetti tas-sħaba ta' Oort jduru bil-mod ħafna, u jistgħu jiġu iddisturbati minn eventi rari, bħal kolliżjonijiet per eżempju, mill-qawwa gravitazzjonali ta' stilla passaġġa, jew mit tifriq galattiku, eserċitat mit-Triq ta' sant' Anna.[17][18]

Sedna u is-sħaba ġewwinija ta' Oort

[immodifika | immodifika s-sors]
Sedna (525,86 UA) huwa oġġett kbir simili ta' Plutone, b'orbita estremament ellittika, b'perijelju ta' xi 76 UA u afelju ta' 928 UA mix-xemx. Orbita daqstant kbira teħtieġ 12 050 sena għal komplement totali. Mike Brown, skopra l-oġġett fl-2003, Brown igħid illi ma jistax ikun li Sedna tagħmel parti mid-diska mifruxa jew tal-faxxa ta' Kuiper, għax il-perijelju tiegħu huwa wisq imbiegħed biex ikun bata mill-effetti tal-migrazjoni ta' Nettunu. Huwa u astronomi oħrajn isostnu li huwa l-ewwel oħħett ta' popolazjoni kompletament ġdida, li jista' jkollu miegħu ukoll l-oġġett (148209) 2000 CR105, li għandu perijeljiu ta' 45 UA, afelju ta'415 UA, u perjodu orbitali ta' 3420 sena.[19] Brown jidefinixxi dil-popolazjoni l-ġdida "nube ta' Oort gewwinija".

Il-parti il-kbira tas-sistema solari mhiex magħrufa. Huwa stimat li t-tarka gravitazjonali tax-xemx tiddomina is-setgħat gravitazjonali l-istilel li jdawruha sa bejn wieħed u ieħor sentejn dawl (125 000 UA). Il-konfini esterni tan-nube ta' Oort,minn naħa l-oħra, ma tistax testendi għal aktar minn 50 000 UA.[20] Minkejja is-sejbiet ta' oġġetti ġodda, bħal Sedna, ir-reġjun bejn faxxa ta' Kuiper u in-nube di Oort, żona għexieren ta' miljuni ta' UA ta' raġġ, ma ġietx mappata. Hemm ukoll, studji għadejja dwar ir-reġjun ta' bejn Merkurju u ix-.xemx [21]

Distanzi tal-pjaneti mix-xemx

[immodifika | immodifika s-sors]
Pjaneta Distanza medja (miljuni ta' km) Distanza medja (UA) Perielju (miljuni ta' km) Afelju (miljuni ta' km)
Merkurju 57,91 0,387 46 69,8
Venere 108 0,723 107,5 108,9
Art 149,6 1 147,1 152,1
Marte 227,94 1,564 206,6 249,2
Ġove 778,4 5,209 740,7 816,1
Saturnu 1426,98 9,539 1349,5 1504,0
Uranu 2870 19,18 2735,6 3006,4
Nettunu 4497 30,06 4459,6 4536,9
Pjaneta Distanza medja (miljuni ta' km) Distanza medja (UA) Perielju (miljuni ta' km) Afelju (miljuni ta' km)
Ċerere 413,7 2,766 380,6 446,8
Plutone 5906,4 39,44 4436,8 7375
Haumea 6484 43,335 5260 7708
Makemake 6850,2 45,791 5760,8 7939,7
Eris 10123 67,668 5650 14595
  1. ^ "L'età precisa del sistema solare". Le Scienze (bit-Taljan). 2007-12-20. Miġbur 2007-12-20.
  2. ^ Pappalardo, R. T. (1999). Geology of the Icy Galilean Satellites: A Framework for Compositional Studies. 1999 AGU Fall Meeting (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-12. Miġbur 2006-01-16.
  3. ^ Podolak, M.; Reynolds, R. T.; Young, R. (1990). "Post Voyager comparisons of the interiors of Uranus and Neptune". Geophysical Research Letters (bl-Ingliż). 17 (10): 1737–1740. Bibcode:1990GeoRL..17.1737P. doi:10.1029/GL017i010p01737.
  4. ^ Duxbury, N. S.; Brown, R. H. (1995). The Plausibility of Boiling Geysers on Triton (Rapport tekniku) (bl-Ingliż). Houston, Texas: JPL Technical Reports.
  5. ^ Hawksett, David; Longstaff, Alan; Cooper, Keith; Clark, Stuart (2005). "Ten Mysteries of the Solar System". Astronomy Now (bl-Ingliż). Bibcode:2005AsNow..19h..65H.
  6. ^ Sekanina, Zdenek (2001). Kreutz sungrazers: the ultimate case of cometary fragmentation and disintegration?. Publications of the Astronomical Institute of the Academy of Sciences of the Czech Republic: Proceedings of the symposium held in honor of Prof. Plavec's 75th birthday (bl-Ingliż). 89. pp. 78–93. Bibcode:2001PAICz..89...78S.
  7. ^ Stansberry, John; Grundy, Will; Brown, Mike; Cruikshank, Dale; Spencer, John; Trilling, David; Margot, Jean-Luc (2007). "Physical Properties of Kuiper Belt and Centaur Objects: Constraints from Spitzer Space Telescope" (bl-Ingliż). arXiv:astro-ph/0702538v2.
  8. ^ Vanouplines, Patrick (1995-10-13). "Chiron Information and Documentation". Vrije Universitiet Brussel (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-13. Miġbur 2006-06-23.
  9. ^ Fajans, J.; Frièdland, L. (2001). "Autoresonant (nonstationary) excitation of pendulums, Plutinos, plasmas, and other nonlinear oscillators". American Journal of Physics (bl-Ingliż). 69 (10): 1096–1102. doi:10.1119/1.1389278.
  10. ^ Buie, Marc W. (2008-04-05). "Orbit Fit and Astrometric record for 136472". Southwest Research Institute (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-30.
  11. ^ Jewitt, David (2005). "The 1000 km Scale KBOs". Institute for Astronomy, University of Hawaii (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-11-02. Miġbur 2006-07-16.
  12. ^ Brown, Mike (2005). "The discovery of 2003 UB313 Eris, the 10th planet largest known dwarf planet". Division of Geological and Planetary Sciences, CalTech (bl-Ingliż). Miġbur 2006-09-15.
  13. ^ a b Fahr, H. J.; Kausch, T.; Scherer, H. (2000). "A 5-fluid hydrodynamic approach to model the Solar System-interstellar medium interaction". Astronomy and Astrophysics (bl-Ingliż). 357: 268–282. Bibcode:2000A&A...357..268F. Ara Figuri 1 u 2.
  14. ^ Stone, E. C.; Cummings, A. C.; McDonald, F. B.; Heikkila, B. C.; Lal, N.; Webber, W. R. (2005). "Voyager 1 Explores the Termination Shock Region and the Heliosheath Beyond". Science (bl-Ingliż). 309 (5743): 2017–2020. doi:10.1126/science.1117684.
  15. ^ Stone, Edward C.; Cummings, Alan C.; McDonald, Frank B.; Heikkila, Bryant C.; Lal, Nand; Webber, William R. (2008). "An asymmetric solar wind termination shock". Nature (bl-Ingliż). 454: 71–74. doi:10.1038/nature07022.
  16. ^ "Voyager Enters Solar System's Final Frontier". NASA (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-05-16. Miġbur 2007-04-02.
  17. ^ Stern, S. A.; Weissman, P. R. (2001). "Rapid collisional evolution of comets during the formation of the Oort cloud". Nature (bl-Ingliż). 409 (6820): 59–591. doi:10.1038/35054508. PMID 11214311.
  18. ^ "The Kuiper Belt and the Oort Cloud". The Nine Planets. Miġbur 2021-03-31.
  19. ^ Jewitt, David (2004). "Sedna – 2003 VB12". Institute for Astronomy, University of Hawaii (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-01-07. Miġbur 2006-06-23.
  20. ^ Encrenaz, Therese; Bibring, Jean-Pierre; Blanc, M.; Barucci, Maria-Antonietta; Roques, Francoise; Zarka, Philippe (2004). The Solar System (bl-Ingliż) (3et ed.). Springer. doi:10.1007/978-3-662-10403-3. ISBN 978-3-540-00241-3.
  21. ^ Durda, Daniel D.; Stern, S. Alan; Colwell, William B.; Parker, Joel Wm.; Levison, Harold F.; Hassler, Donald M. (2000). "A New Observational Search for Vulcanoids in SOHO/LASCO Coronagraph Images". Icarus (bl-Ingliż). 148 (1): 312–315. doi:10.1006/icar.2000.6520.