Partit Popolari (Malta)
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu dwar il-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Partit Popolari | |
---|---|
Mexxej | Paul Salomone |
Fundat | 1895 riorganizzat 2020 |
Kwartieri ġenerali | Vjal il-21 ta Settembru Naxxar |
Ideoloġija Politika | Konservatiżmu Populiżmu Ewroxettiċiżmu |
Affiljazzjoni Internazzjonali | (mhux applikabbli) |
Affiljazzjoni Ewropea | (mhux applikabbli) |
Grupp Parlamentari Ewropew | (mhux applikabbli) |
Kuluri | Blu skur |
Sit elettroniku | https://partitpopolari.mt/ |
Ara wkoll | Politika ta' Malta |
Il-Partit Popolari (PP) huwa wieħed mill-partiti politiċi kontemporanji f’Malta. Il-PP ġie imwaqqaf fl-1895 bħala moviment għall-awtonomija li wassal għall-ewwel żviluppi fit-tfittxija għall-Indipendenza ta’ Malta. Ideoloġikament, il-Partit huwa lemini, populista u konservattiv. Il-partit jopponi l-immigrazzjoni illegali u spiss adotta pożizzjonijiet Ewroxettiċi.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Fondazzjoni u snin bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Partit Popolari twaqqaf fit-2 ta' Ġunju 1895 minn Sigismondo Savona, li qabel kien il-mexxej tal-Partit Unjonista u tal-Partit Riformista. Persuni politiċi oħra involuti fit-twaqqif tal-Partit kienu l-Kanonku Ignazio Panzavecchia, Giuseppe Bonavia, Cesare Darmanin, Giovanni Vassallo, Antonio Dalli, Dr Andrea Pullicino u Dr Ernesto Manara. Bonavia, Darmanin u Vassallo biss kienu qabel partitarji ta’ Savona, filwaqt li Manara qabel kien kritiku evidenti.
L-elezzjoni tal-1895 intrebħet mill-Partit Nazzjonalista u Panzavecchia ġie megħlub minn Mons. Alfredo Mifsud tal-PN bħala rappreżentant ekkleżjastiku. Madankollu, din l-elezzjoni wriet l-PP bħala forza politika prominenti peress li dan sfida l-poter tal-PN speċjalment meta Sigismondo Savona kien fuq quddiem fl-istħarriġ fost l-eletturi komuni. Ir-raġunijiet ewlenin wara l-popolarità daqshekk f’daqqa tal-Partit kienu l-pożizzjoni ta’ Savona dwar it-tassazzjoni u l-fehmiet ultra-nazzjonalisti tiegħu fir-rigward tal-lingwa Maltija u n-nazzjonalità ta’ Malta. B’kuntrast ma’ Fortunato Mizzi u l-PN, Savona kien kapaċi jidentifika ruħu mal-popolazzjoni li titkellem bil-Malti u li la kienet titkellem bl-Ingliż u lanqas bit-Taljan. Fil-fatt, Savona ħabbatha mal-Kamra tal-Avukati meta fl-1896 ippropona li l-ilsien Malti jintuża fil-qrati tal-liġi.
Il-Partit aġixxa b'mod indipendenti bejn it-twaqqif tiegħu fl-1895 u l-irtirar ta' Savona mill-politika fl-1898, u wara, taħt it-tmexxija ta' Panzavecchia, l-aderenti tiegħu gradwalment bdew joperaw aktar flimkien mal-Partito Nazionale fl-elezzjonijiet u fi ħdan il-Kunsill tal-Gvern, speċjalment wara li Panzavecchia spicca l-mexxej tal-moviment magħqud fl-1910. Wara l-għoti tal-Kostituzzjoni tal-1921, Panzavecchia ifforma l-Unione Politica Maltese, u l-lista tiegħu kienet tinkludi l-eks aderenti tal-PP, fosthom Antonio Dalli. Dan il-Partit rebaħ l-akbar numru ta’ siġġijiet fl-ewwel Parlament ta’ Malta fl-1921.
L-appoġġ tal-Partit ġie prinċiparjament mill-klassi tal-ħaddiema, u mill-Isla, fejn kien imwieled Panzavecchia u li kienet meqjusa bħala fortizza tal-PP.
Tmexxija
[immodifika | immodifika s-sors]L-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2016, introduċa r-rekwiżit li l-partiti politiċi jirreġistraw lilhom infushom mal-Kummissjoni Elettorali u l-Partit Popolari finalment irreġistra f’Lulju 2020. Fl-ewwel Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fl-4 ta’ Awwissu 2020, Paul Salomone ġie elett mexxej tal-Partit. Salomone nieda l-Partit aktar tard f'Novembru tal-istess sena.
Riżultati tal-elezzjonijiet kkontestati
[immodifika | immodifika s-sors]Elezzjoni | Mexxej | Voti | % | Siġġijiet | /– | Pożizzjoni | Status |
---|---|---|---|---|---|---|---|
2022 | Paul Salamone | 1,533 | 0.52% | 0 / 70
|
Partit Ġdid | 4a
|
Oppożizzjoni Non-parlamentari |