Paolo Pace
Paolo Pace | |||||
---|---|---|---|---|---|
2 Mejju 1966 - 1 Mejju 1971
Frar 1962 - Frar 1966 - Alfred Bonnici ⊟ | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | 25 Jannar 1909 | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Mewt | 5 Awwissu 1980 | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | politiku | ||||
Sħubija | Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa |
Paolo Pace (25 ta' Jannar 1909 – 5 ta' Awwissu 1980) kien politiku Malti tal-Partit Nazzjonalista u kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta.
Ħajja
[immodifika | immodifika s-sors]Paolo Pace kien minn familja antikament Maltija, u martu kienet Emily Sammut minn Bormla. Huma kellhom tlett ibniet: Maria Iris, Adelaide Odette u Enrichetta Lydia.
Pace beda l-karriera politika tiegħu fl-1950 meta sar membru tal-Assemblea Leġiżlattiva, flok l-eks Prim Ministru Enrico Mizzi, li miet fil-kariga.[1] Fl-1953 ġie elett bħala membru tal-Kamra tad-Deputati, fejn irrappreżenta l-interessi tal-ewwel distrett bħala membru tal- Partit Nazzjonalista. Fl-1955 reġa' ġie elett mill-ġdid bħala membru parlamentari.
Fi Frar tal-1962 ġie maħtur Speaker tal-Kamra u żamm din il-kariga sa Frar tal-1966, li kien tmiem l-ewwel perjodu leġiżlattiv ta' wara l-indipendenza..Alfred Bonnici kien is-suċċessur tiegħu bħala speaker.[2] Fl-1966 reġa' ġie elett bħala membru parlamentari sa Ġunju tal-1971.
Kien ukoll ir-rappreżentant ta’ Malta fl- Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa bejn it-2 ta’ Mejju 1966 u l-1 ta’ Mejju 1971.[3]
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Resignations from Parliament". Maltadata (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-07. Miġbur 2024-08-20.
- ^ Maltese Ministries, etc.
- ^ "Assembeja Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa". Internet Archive (bil-Ġermaniż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-03-21. Miġbur 2024-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)