Aqbeż għall-kontentut

Nicolaus II Bernoulli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Nicolaus II Bernoulli
Ħajja
Isem propju Niklaus Bernoulli
Twelid Bażel, 6 Frar 1695, 27 Jannar 1695 (in Julian calendar)
Nazzjonalità Żvizzera
Imperu Russu
Residenza Old Swiss Confederacy (en) Translate
Mewt San Pietruburgu, 31 Lulju 1726
Kawża tal-mewt kawżi naturali (tuberkulożi
hectic fever (en) Translate)
Familja
Missier Johann Bernoulli
Omm Dorothea Falkner
Aħwa
Familja
Tribù Familja Bernoulli
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Basel
(1708 - 1715) : liġi
Lingwi Franċiż
Ġermaniż
Swiss German (en) Translate
Ingliż
Taljan
Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
għalliem fl-università
Impjegaturi Università ta’ Padova  (1716 -  1719)
Università Statali ta' San Pietruburgu  (1725 -  1726)
Influwenzat minn Johann Bernoulli
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu

Nicolaus II Bernoulli, magħruf ukoll bħala Niklaus Bernoulli, Nikolaus Bernoulli, (6 ta' Frar 1695, Basel, l-iŻvizzera – 31 ta' Lulju, 1726, San Pietruburgu, ir-Russja) kien matematiku Żvizzeru u wieħed mill-ħafna matematiċi prominenti fil-familja Bernouilli.

Nicolaus ħadem l-iżjed fuq il-kurvi, l-ekwazzjonijiet differenzjali, u l-probabbiltà. Kien il-kontemporanju ta' Leonhard Euler. Ikkontribwixxa wkoll għad-dinamika tal-fluwidi.

Għallem il-matematika lil Daniel Bernoulli, ħuh iżgħar minnu u ddiskuta miegħu il-paradoss ta' San Pietruburgu. Kien jaf bosta lingwi mindu kien żgħir. Meta kellu 13-il sena beda jistudja l-matematika u l-liġi fl-Università ta' Basel. Fl-1711 kiseb il-lawrja fil-filosofija u fl-1715 id-dottorat fil-liġi. Fl-1716-17 kien jgħallem privatament f'Venezja. Fl-1719 ħa l-katedra tal-matematika fl-Università ta' Padua, bħala s-suċċessur ta' Giovanni Poleni. Kien jgħin lil missieru, fost f'oqsma oħra, fil-korrispondenza dwar id-disputa bejn Isaac Newton u Leibniz, fuq min kien ivvinta l-kalkulu l-ewwel u wkoll fid-disputa bejn missieru u l-matematiku Ingliż Brook Taylor. Fl-1720 ippropona l-problema tat-trajettorji ortogonali reċiproċi, bl-intenzjoni li jisfida n-Newtonjani Ingliżi. Fl-1723 inħatar professur tal-liġi fil-Berner Oberen Schule. Fl-1725 flimkien ma' ħuħ Daniel, li miegħu kien qiegħed idur l-Italja u Franza, ġie mistieden minn Pietru l-Kbir biex imur l-Akkademja ta' San Pietruburgu li kienet għadha kemm twaqqfet. Hemmhekk iddiskuta ma' ħuh Daniel il-paradoss ta' San Pietruburgu fit-teorija tal-probabbiltà, li iktar tard ħuh kiteb bosta xogħlijiet dwaru. Tmien xhur wara l-ħatra tiegħu marad u miet. Warajh fl-1727 il-professorjat ħadu Leonhard Euler, li l-aħwa Bernoulli kienu rrakomandaw.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • [1] O'Connor, John J.; Robertson, Edmund F., Nicolaus II Bernoulli
  • [2] Weisstein, Eric W., Bernoulli, Nicholas (1695-1726)
  • J.O. Fleckenstein, Bernoulli, Nickolaus II, vol. 2, pp. 57–58