Manuel Pinto da Fonseca
Manuel Pinto da Fonseca | |||
---|---|---|---|
1741 - 1773 ← Ramón Despuig - Francisco Ximenes de Texada ⊟ | |||
Ħajja | |||
Twelid | Lamego, 24 Mejju 1681 | ||
Nazzjonalità | Renju tal-Portugall | ||
L-ewwel lingwa | Portugiż | ||
Mewt | Valletta, 23 Jannar 1773 | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Portugiż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
patri ġellied ospitaljier |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dom Fra' Manuel Pinto da Fonseca (1681 – 23 ta' Jannar 1773) kien Kavalier tal-Lingwa tal-Portugall fl-Ordni ta' Malta. Kien it-68 Granmastru tal-ordni mill-1741 sa mewtu. Kien nobbli Portugiż, bin Miguel Álvaro Pinto da Fonseca, Alcaide-Mór de Ranhados, u martue, Ana Pinto Teixeira.
Manuel Pinto da Fonseca ġie elett Gran Mastru fit-18 ta' Jannar. Fil-25 ta' Mejju 1743, ta ismu lir-raħal ta' Ħal Qormi u onorah bit-titlu ta' belt bħala "Città Pinto". Fl-1749, kien hemm konfoffa mmexxija minn Paxà Mustafa biex tqajjem rewwixta mil-ilsiera Misilmin. Il-konfoffa, li saret tissejjaħ il-Konfoffa tal-ilsiera, inkixfet u xxejnet u wara din ir-rebħa kienet tiġi ċċelebrata kull 29 ta' Ġunju, l-aniversarju tagħha. Pinto ħoloq bosta titoli nobbli ġodda, li n-nobbilta' antika ma ħaditx gost bihom u qala' fama ħażina għall-impożizzjoni ta' taxxi kifrin. Fl-1768 keċċa l-Ġiżwiti minn Malta kif kien sar fir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet, fi Franza, fl-Imperu Spanjol u f'Parma. Wara t-tkeċċija tal-Ordni tal-Ġiżwiti, Pinto approprija d-dħul kollu mill-proprjetà tagħha fil-gżejjer bl-għan li jwaqqaf Pubblica Università di Studi Generali. Pinto ffirma d-digriet li waqqaf l-Università, illum l-Università ta' Malta, fit-22 ta' Novembru 1769, wara li kien awtorizzat li jagħmel hekk bil-Brevi Appostoliku, Sedula Romani Pontifici, li rċieva fl-20 ta' Ottubru 1769. Fil-25 ta' Mejju 1771, twaqqaf Collegio Medico bħala wieħed mill-fakultajiet tal-Università.
Bħala Gran Mastru, Pinto da Fonseca kompla l-bini tal-Berġa ta' Kastilja fil-belt Valletta, li kienet inbdiet fl-1574. Fuq il-faċċata ta' dan il-bini, wieħed mill-iżjed imponenti fil-belt li llum il-ġurnata jintuża bħala l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta, hemm bust tiegħu.
Matul is-saltna tiegħu, fl-1764, Pinto da Fonseca daħal f'negozjati mar-Re Frederiku II ("Frederiku l-Kbir") tal-Prussja biex il-Baljaġġju Protestant ta' Brandenburgu jerġa' jingħaqad mal-Ordni ta' Malta, imma l-Papa Klement XIII ma riedx iħalli nies li hu kien iqishom bħala eretiċi jidħlu f'organizzazzjoni Kattolika u n-negozjati fallew.[1]
Pinto da Fonseca għamel donazzjonijiet sostanzjali lill-Knisja Konventwali tal-Ordni, fosthom żewġ qniepen kbari u tqal fonduti mill-Mastru Funditur tal-Ordni, Aloisio Bouchut, fl-1747 u fl-1748; dawn għadhom indendlin fil-kampnari ta' dak li hu llum il-Kon-Katidral. Dawn il-qniepen ġew fonduti mill-bronż ta' żewġ bażiliski li ħallew warajhom it-Torok fl-assedju tal-1565. Pinto bena bosta mħażen fil-parti tax-xatt tal-belt li ġġib ismu.
Kien ħabib ta' Cagliostro.
L-arma tal-familja Pinto tikkonsisti f'ħames nofs qmura ħomor. Ħal Qormi adotta din bħala l-arma u l-bandiera tiegħu bil-kuluri maqlubin. L-arma ta' Pinto tagħmel parti wkoll mill-arma tal-Università ta' Malta.
Kellu tifel illeġittimu jismu José António Pinto da Fonseca e Vilhena minn Rosenda Paulichi, bint Alberigo Paulichi u Patronilla Ramuzetta. Dan iżżewweġ lil kuġintu Maria Inácia Pinto da Fonseca de Sousa Teixeira e Vilhena.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Robert M. Clark, Jr., The Evangelical Knights of Saint John: A History of the Bailiwick of Brandenburg of the Knightly Order of St. John of the Hospital at Jerusalem, Known as the Johanniter Order; Dallas, Texas: 2003; pp. 18-25. Guy Stair Sainty, The Orders of Saint John: The History, Structure, Membership and Modern Role of the Five Hospitaller Orders of Saint John of Jerusalem; New York: The American Society of the Most Venerable Order of the Hospital of Saint John in Jerusalem, 1991; pp. 86, 89-90.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Ramon Despuig |
Ordni Militari Sovran ta' Malta 1741–1773 |
Suċċessur |