Aqbeż għall-kontentut

Glaucodon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Glaucodon huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori, eżattament id-dasjuromorfji tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Dasyuridae. Glaucodon huwa ġeneru monotipiku u jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.

Dan il-ġeneru fossilu ta' tard fil-Plijoċen, instab f' Batesford, fl-istat ta' Victoria, fl-Awstralja.

(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)

  • Gerdtz, W. and Archbold, N. (2003) Glaucodon Ballaratensis (Marsupialia, Dasyridae), a Late Pliocene 'Devil' from Batesford, Victoria, Proceedings of the Royal Society of Victoria, Vol 115, No 2, pp. 35-44, Royal Society of Victoria, Australia.