Aqbeż għall-kontentut

Gżira (lokalità)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Gżira (Malta))
Gżira
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tal-Lvant
Isem uffiċjali Gżira
Kodiċi postali GŻR
Ġeografija
Koordinati 35°54′18″N 14°29′38″E / 35.905°N 14.4939°E / 35.905; 14.4939Koordinati: 35°54′18″N 14°29′38″E / 35.905°N 14.4939°E / 35.905; 14.4939
Gżira (lokalità) is located in Malta
Gżira (lokalità)
Gżira (lokalità)
Gżira (lokalità) (Malta)
Superfiċjenti 1.5 kilometru kwadru
Għoli 19 m
Demografija
Popolazzjoni 8,029 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Glyfada (en) Translate
Gzira.gov.mt

Il-Gżira hija raħal fir-reġjun ċentrali ta' Malta li tinsab bejn Tas-Sliema u l-Imsida, u qrib Ta' Xbiex. Il-popolazzjoni tal-Gżira hija ta' 8,029 skont l-aħħar statistika ta' Marzu tal-2014.[1] L-isem ta' din il-lokalità ġej mill-gżira msemmija għall-Gran Mastru António Manoel de Vilhena. Ix-xatt tal-Gżira għandu veduti tal-Belt Valletta mdawra bis-swar li joħolqu sfond għall-Gżira Manoel, il-marina u l-ġnien pubbliku.

Storja tal-belt

[immodifika | immodifika s-sors]

F'nofs is-seklu 19 inbniet villa fil-Gżira mill-Kavallier Jacob Tagliaferro. Bil-mod il-Gżira bdiet tiżviluppa f'subborg tal-klassi tal-ħaddiema f'Tas-Sliema. Sas-snin sebgħin, il-Gżira kellha ħafna bars, partikolarment is-Snake Pit, il-Britannia u l-Granada fil-viċinanza tax-Xatt, liema attività ekonomika ntemmet meta l-Forzi Armati Ingliżi telqu minn Malta fil-31 ta' Marzu 1979.

Mal-qalba tas-seklu 21, il-Gżira rat boom tal-proprjetà immobbli, u bini ġdid, l-aktar appartamenti, jissostitwixxu l-bini l-antik. Il-Gżira illum tospita komunità ta' negozji f'lukandi, ristoranti, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji legali, kumpaniji tal-imħatri onlajn, proprjetà immobbli u uffiċċji qalb għad ta' residenti Maltin u ta' diversi entitajiet oħra. Il-Gżira hija magħrufa bħala belt pjuttost multikulturali, bi gruppi ta' immigranti stabbiliti u integrati sew.

Ir-raġuni ewlenija għall-popolarità ta' din il-belt hija li tinsab f'naħa pjuttost ċentrali ta' Malta, viċin sew tal-Università ta' Malta kif ukoll tal-belt kapitali, Valletta.

Fil-Gżira hemm it-triq D'Argens li bis-saħħa tagħha beda l-iżvillupp f'Tas-Sliema u San Ġiljan. L-attivitajiet ewlenin tal-Gżira jinkludu industriji tas-servizzi, ħwienet kummerċjali u servizzi edukattivi. Il-kumpanija internazzjonali tal-imħatri Tipbet għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Triq Sir William Reid u t-Teatru Orpheum jinsab ukoll fil-Gżira.

L-iżvilupp li seħħ fil-bidu tas-seklu 21 ħa post numru ta' djar quddiem il-baħar u l-karattru li kellha l-belt qabel inbidel sew. Xhieda ta' dan huma l-faċċati tradizzjonalment Maltin li għadek issib fil-qalba tal-Gżira. Dan jidher sew f'għad ta' gallariji tal-injam u gallariji oħra maħdumin bil-ħadid fundut.

Ir-rata tal-kriminalità fil-Gżira hija relattivament baxxa, u din il-belt hija ġeneralment sigura daqs il-bqija ta' Malta u Għawdex. Il-popolazzjoni tal-Gżira kienet pjuttost stabbli matul dawn l-aħħar snin. F'Marzu tal-2014 kien hemm 8,029 persuna jgħixu fil-Gżira.

Il-Knisja Parrokkjali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Il-festa annwali tagħha tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta 'Lulju.

Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija magħrufa lokalment bħala tal-Ġebla. Dan b'referenza għal inċident li seħħ fil-qrib fl-10 ta' Lulju 1902. Tliet baħrin Brittaniċi fis-sakra, William Walls, Charles Thurbull u John Packhun, riedu jidħlu f'bar, li dak il-ħin kien magħluq. Meta Karmnu Brincat, is-sid tal-bar, irrifjuta li jiftaħ, il-baħrin bdew jitfgħu l-ġebel lejn il-post. Waħda minn dawn il-ġebel laqat niċċa żgħira b'ritratt tal-Madonna tal-Karmnu li kien hemm barra l-bar. Il-ġebla kissret il-ħġieġa tal-qafas, iżda ma għamlitx kuntatt mar-ritratt innifsu, li baqa‘ intatt. Minkejja r-riħ, il-ġebla baqgħet imwaħħla fil-ħġieġ imkisser. Il-ġebla tneħħiet minn Rev. Anton Manché u ttieħdet fil-Knisja Parrokkjali ta' Stella Maris f'Tas-Sliema, fejn il-kappillan kien ir-Rev. Francis Vincent Manché, ħu Anton. Sar talb u servizzi għar-riparazzjoni għal tlett ijiem u wara Dun Anton Anton Manché rnexxielu jwaqqaf kappella żgħira fil-Gżira fejn ittieħed dan l-inkatru kemm imsejjaħ tal-Madonna tal-Ġebla.

Il-qafas, il-ħġieġ imkisser u l-ġebla li ntefgħet fuq ir-ritratt tal-Madonna ġew ippreservati u għadhom esebiti f'din il-knisja sal-lum.

Fis-7 ta' Lulju 1913 l-Isqof Pietro Pace ddikjara l-kappella bħala viċi-parroċċa.

Fil-15 ta' Mejju 1921, l-Isqof Mauro Caruana ddikjara l-kappella bħala parroċċa. Dun Anton Manché kien l-ewwel kappillan u taħt id-direzzjoni tiegħu bejn l-1921 u l-1935 inbniet il-knisja parrokkjali eżistenti.

It-tieni kappillan fl-istorja tal-parroċċa tal-Gżira kien Dun Carlo Manché. Sar kappillan tal-Gżira fit-12 ta' Marzu 1935 u dam jokkupa din il-kariga sal-mewtiu fit-18 ta' Novembru 1950.

Il-Gżira hija ġemellata ma' Glyfada fil-Greċja u Wałbrzych fil-Polonja.[2]

Żoni fil-Gżira

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-qalba tal-belt - madwar il-knisja parrokjali
  • Ix-xatt
  • L-Empire Stadium - grawnd tal-futbol abbandunat sa minn madwar l-1980
  • Gnien il-Kunsill tal-Ewropa
  • Il-Marina tal-Gżira
  • Manoel Island
  1. ^ "Estimated Population by Locality 31st March, 2014" (bl-Ingliż). Gvern ta' Malta. 2014-05-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-06-21.
  2. ^ "Ġemellaġġi". Kunsill Lokali Gżira. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-11-28.