Għoljiet ta' Donets
L-Għoljiet ta' Donets (bir-Russu: Доне́цкий кряж, Doneckij krjaž; bl-Ukren: Донецький кряж, Donec'kij krjaž) huma grupp ta' għoljiet li jiffurmaw l-ogħla parti fil-Grigal tal-art b'elevazzjoni għolja ta' Donets fil-Lvant tal-Ukrajna u fin-Nofsinhar tar-Russja Ewropea. L-għoljiet jinsabu fi ħdan l-Oblasts ta' Donetsk u ta' Luhansk u parzjalment imissu wkoll mat-territorju tal-Oblast ta' Rostov, ir-Russja. L-ogħla quċċata hija l-għolja Mohyla Mechetna, b'elevazzjoni ta' 367 metru (1,204 piedi).
Għolja oħra, Savur-Mohyla, b'elevazzjoni ta' 278 metru (912-il pied), kienet sit notevoli fil-Gwerra fir-reġjun ta' Donbass.
L-għoljiet huma estiżi fuq assi mill-Punent għal-Lvant għal madwar 370 kilometru, b'wisa' li tvarja bejn il-50 u l-120 kilometru; l-elevazzjoni medja hija ta' madwar 150-200 metru.
Fiż-żona tal-Għoljiet ta' Donets hemm depożiti tal-faħam, li għenu fit-twelid u fl-iżvilupp ta' bosta bliet industrijali kemm fl-Ukrajna, kif ukoll fuq livell iżgħar fir-Russja; fost iċ-ċentri urbani ewlenin, ta' min isemmi dawk ta' Šachty fir-Russja, kif ukoll Donetsk, Luhansk e Gorlovka fl-Ukrajna.
Isem
[immodifika | immodifika s-sors]Isem l-għoljiet oriġina minn isem ix-xmara Seversky Donets, li tnixxi maġenbhom għat-tul kollu tagħhom, u tiddelimita l-konfini tat-Tramuntana u tal-Lvant tagħhom.