Aqbeż għall-kontentut

Foviżmu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Les Fauves (L-Annimali Slavaġ bil-Franċiż) kien grupp laxk u għomru qasir ta' artisti moderni fil-bidu tas-seklu 20. Ix-xogħlijiet tagħhom kienu jenfasizzaw il-kwalitajiet tal-pittur u kuluri qawwija fuq il-valuri ta' rappreżentazzjoni jew ta' realiżmu li kien juża l-Impressjoniżmu. Filwaqt li l-Foviżmu bħala stil beda lejn is-snin 1900 u kompla wara l-1910, il-moviment bħala tali dam biss tliet snin (1905-1907) u kellu tliet wirjiet. Il-mexxeja tal-moviment kienu Henri Matisse u André Derain.