Aqbeż għall-kontentut

Fes

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fes
 Marokk
Amministrazzjoni
Constitutional monarchyMarokk
Region of MoroccoFès-Meknès
Prefecture of MoroccoPrefettura ta' Fes
Kap tal-Gvern Idriss Azami Al Idrissi (en) Translate
Isem uffiċjali فاس
Ismijiet oriġinali ‫فـاس‬
Fès
Kodiċi postali 30000–30206
Ġeografija
Koordinati 34°02′36″N 5°00′12″W / 34.0433°N 5.0033°W / 34.0433; -5.0033Koordinati: 34°02′36″N 5°00′12″W / 34.0433°N 5.0033°W / 34.0433; -5.0033
Fes is located in Morocco
Fes
Fes
Fes (Morocco)
Superfiċjenti 320±1 kilometru kwadru
Għoli 408 m
Demografija
Popolazzjoni 1,112,072 abitanti (2014)
Unitajiet domestiċi 17,342
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 789
Kodiċi tat-telefon 05356
Żona tal-Ħin UTC 1
bliet ġemellati Firenze, Montpellier, Krakovja, Bobo-Dioulasso, Lahore, Coimbra, Lvant ta' Ġerusalemm, Barċellona, Cartagena de Indias, Córdoba, Djenné, Kairouan, Nablus, Ngaparou, Rufisque, Saint-Étienne, Saint-Louis, Strasburgu, Suwon, Reġjun ta' Trarza, Chengduu Tlemcen
portaildefes.ma

Fes jew Fez (bl-Għarbi: فاس [Fās], bil-Franċiż: Fès), hija l-belt kapitali kulturali tal-Marokk u r-raba' l-ikbar belt fil-pajjiż wara Casablanca, Rabat u Marrakesh. Skont iċ-ċensiment tal-2004, il-popolazzjoni tlaħħaq id-946,815-il ruħ. Hija wkoll il-kapitali tar-reġjun Fès-Boulemane.[1]

Fes hija waħda mill-erbat ibliet imperjali flimkien ma' Meknès, Marrakesh u Rabat. Il-belt hija separata fi tliet partijiet, Fes el Bali (il-belt l-antika jew iċ-ċentru storiku), Fes-Jdid (Fes il-Ġdida, fejn hemm il-Mellaħ), u l-Ville Nouvelle (l-iġded biċċa ta' Fes, mibnija mill-Franċiżi). Il-Medina ta' Fes el Bali, l-ikbar waħda miż-żewġ medini ta' Fes, hija probabilment l-ikbar żona urbana mingħajr karozzi.[2][3][4] Il-Medina ta' Fes titqies bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[5] L-Università ta' Al-Karaouine ġiet stabbilita fit-895 W.K. u hija l-eqdem università attiva fid-dinja.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Medina ta' Fes ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[5]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[5]

  1. ^ "Ċensiment". web.archive.org. 2017-11-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-11-07. Miġbur 2023-03-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ Zeunert, Joshua (2017). Landscape Architecture and Environmental Sustainability: Creating Positive Change Through Design. Bloomsbury Publishing. ISBN 978-1-350-03382-5.
  3. ^ Roquet, Vincent; Bornholdt, Luciano; Sirker, Karen; Lukic, Jelena (2017). Urban Land Acquisition and Involuntary Resettlement: Linking Innovation and Local Benefits. World Bank Publications. ISBN 978-1-4648-0981-1.
  4. ^ The Report: Morocco 2009. Oxford Business Group. 2009. p. 253. ISBN 978-1-907065-07-1.
  5. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Fez". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-13.