Aqbeż għall-kontentut

Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn FIFA Club World Cup)
Tazza tad-Dinja tal-Klabbs
Sport Futbol
Fundazzjoni 2000
Nru. ta' timijiet 7
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali Brażil Corinthians
L-aktar rebħiet Brażil Corinthians
Spanja Barcelona
(2 titli kull wieħed)
Sit elettroniku fifa.com

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs hija kompetizzjoni tal-futbol li fiha jipparteċipaw ir-rebbieħa tas-sitt kontinenti, allavolja mill-2007 ir-rebbieħa tal-konfederazzjoni Oċeanika jridu jilgħabu play-off kontra ċ-ċampjin tal-pajjiż li jkun qiegħed jospita l-logħob.

L-ewwel edizzjoni seħħet ġewwa l-Brażil f'Jannar tal-2000. Il-FIFA għażlitha bħala s-sostitut għat-Tazza Interkontinentali li kienet issir kull sena f'Tokjo, fil-Ġappun bejn ir-rebbieħa tal-Ewropa u dawk tal-Amerika t'Isfel. Wara waqfa, il-kompetizzjoni reġgħet ġiet introdotta fl-2005 u minn dakinhar baqgħet bħala l-unika kompetizzjoni internazzjonali għall-klabbs tal-futbol.

L-ewwel edizzjoni tas-sena 2000, li saret ġewwa l-Brażil, kienet tikkonsisti minn tmien timijiet: is-sitt rebbieħa kontinentali, ir-rebbieħ attwali tal-Tazza Interkontinentali u ċ-ċampjins tal-pajjiż ospitu. Din il-kompetizzjoni kienet kemmxejn kontroversjali, speċjalment meta l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu jirtira mit-tazza nazzjonali tal-FA Cup sabiex jieħu sehem f'dan it-turnew. Il-ftuħ tal-kompetizzjoni kienet mifhumha minn ftit bħala parti minn "ġlieda" bejn il-FIFA u l-UEFA, li kienu qed jikkompetu għall-kontroll tal-futbol internazzjonali għall-klabbs: it-Tazza Interkontinentali kienet 'il barra mill-ġurisdizzjoni tal-FIFA.[1] Il-finali tas-sena 2000 kienet missielta bejn żewġ timijiet Brażiljani u kienet ikkunsidrata bħala logħba li naqset li toffri livell tajjeb ta' futbol.[2]

It-tieni edizzjoni kienet mistennija li ssir ġewwa Spanja fl-2001, u li fiha jieħdu sehem tnax-il tim. Dan l-avveniment però ġie imħassar, prinċiparjament minħabba l-kollass tas-sieħeb fil-kummerċ tal-FIFA, l-ISL. Wara li l-edizzjoni tal-2003 ġiet ukoll imħassra, eventwalment, il-FIFA qablet li t-Tazza Interkontinentali u din il-kompetizzjoni jiġu magħqudin ma' xulxin. L-aħħar edizzjoni tat-Tazza Interkontinentali kienet fl-2004, bl-ewwel turnew tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs isir fil-Ġappun bejn il-11 u t-18 ta' Diċembru, 2005.

Il-verżjoni l-ġdida tal-2005 kienet fuq skala iżgħar ta' żmien, fejn naqqas il-problema tal-iskedar tat-turnew matul l-istaġuni differenti tal-klabbs madwar kull kontenut. Dan kien jinkludi ċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjonijiet kontinentali, bir-rebbieħa mill-CONMEBOL u l-UEFA jingħataw post awtomatiku fis-semifinali tal-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni baqgħet issir kull sena mill-2006 sal-2008 ġewwa l-Ġappun, bl-edizzjonijiet tal-2009 u l-2010 jiġu miżmuma fl-Emirati Għarab Magħquda. Għall-edizzjoni tal-2007, intlagħbet partita ta' spareġġ bejn iċ-ċampjin taż-żona Oċeanika u ċ-ċampjin tal-pajjiż ospitu għal post fil-kwarti tal-finali sabiex iqajjem interess fit-turnew. L-introduzzjoni mill-ġdid tal-logħba għall-ħames post fil-kompetizzjoni tal-2008 wasslet għal tkabbir fit-total ta' flus mogħtija minn $500,000 għal $16.5 miljun. B'din l-introduzzjoni l-ġdida, ir-rebbieħ ħadu $5 miljun, tat-tieni post ħadu $4 miljun, it-tim li spiċċa fit-tielet post kiseb is-somma ta' $2.5 miljun, ir-raba' tim ikklassifikat ħa $2 miljuni, it-tim fil-ħames post ħadu $1.5 miljun, it-tim li spiċċa fis-sitt post kiseb $1 miljun, waqt li tas-seba' post $500,000.[3]

Sena Ospitu Finali It-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
2000
Dettalji
 BRA Corinthians Brażil 0 – 0 (ħs)
(4 – 3 pen)
Brażil Vasco da Gama Necaxa Messiku 1 – 1 (ħs)
(4 – 3 pen)
Spanja Real Madrid
2005
Dettalji
 JPN São Paulo Brażil 1 – 0 Ingilterra Liverpool Saprissa Kosta Rika 3 – 2 Arabja Sawdija Al Ittihad
2006
Dettalji
 JPN Internacional Brażil 1 – 0 Spanja Barcelona Al-Ahly Eġittu 2 – 1 Messiku América
2007
Dettalji
 JPN Milan Italja 4 – 2 Arġentina Boca Juniors Urawa Red Diamonds Ġappun 2 – 2
(4 – 2 pen)
Tuneżija Étoile du Sahel
2008
Dettalji
 JPN Manchester United Ingilterra 1 – 0 Ekwador LDU Quito Gamba Osaka Ġappun 1 – 0 Messiku Pachuca
2009
Dettalji
 UAE Barcelona Spanja 2 – 1 (ħs) Arġentina Estudiantes Pohang Steelers Korea t'Isfel 1 – 1
(4 – 3 pen)
Messiku Atlante
2010
Dettalji
 UAE Internazionale Italja 3 – 0 Repubblika Demokratika tal-Kongo TP Mazembe Internacional Brażil 4 – 2 Korea t'Isfel Seongnam
2011
Dettalji
 JPN Barcelona Spanja 4 – 0 Brażil Santos Al Sadd Qatar 0 – 0
(5 – 3 pen)
Ġappun Kashiwa Reysol
2012
Dettalji
 JPN Corinthians Brażil 1 – 0 Ingilterra Chelsea Monterrey Messiku 2 – 0 Eġittu Al Ahly
Sena Ballun tad-Deheb Ballun tal-Fidda Ballun tal-Bronż L-Aqwa Skorer Logħob Rett
2000 Brażil Edílson Brażil Edmundo Brażil Romário Brażil Romário (3)
Franza Nicolas Anelka (3)
Arabja Sawdija Al-Nassr
2005 Brażil Rogerio Ceni Ingilterra Steven Gerrard Kosta Rika Cristian Bolaños Brażil Amoroso (2)
Ingilterra Peter Crouch (2)
Kosta Rika Alvaro Saborio (2)
Arabja Sawdija Mohammed Noor (2)
Ingilterra Liverpool FC
2006 Portugall Deco Brażil Iarley Brażil Ronaldinho Eġittu Mohamed Aboutreika (3) Spanja FC Barcelona
2007 Brażil Kaká Netherlands Clarence Seedorf Arġentina Rodrigo Palacio Brażil Washington (3) Ġappun Urawa Red Diamonds
2008 Ingilterra Wayne Rooney Portugall Cristiano Ronaldo Arġentina Damián Manso Ingilterra Wayne Rooney (3) Awstralja Adelaide United
2009 Arġentina Lionel Messi Arġentina Juan Sebastián Verón Spanja Xavi Brażil Denilson (4) Messiku Atlante
2010 Kamerun Samuel Eto'o Repubblika Demokratika tal-Kongo Dioko Kaluyituka Arġentina Andrés D'Alessandro Kolombja Mauricio Molina (3) Italja Internazionale
2011 Arġentina Lionel Messi Spanja Xavi Brażil Neymar Arġentina Lionel Messi (2)
Brażil Adriano (2)
Spanja Barcelona
2012 Brażil Cássio Ramos Brażil David Luiz Perù José Paolo Guerrero Arġentina César Delgado (3)
Ġappun Hisato Satō (3)
Messiku Monterrey

Skont il-pajjiż

[immodifika | immodifika s-sors]
Pajjiż Rebbieħa Finalisti telliefa It-Tielet Ir-Raba'
Bandiera tal-Brażil Brażil 4 (2000, 2005, 2006, 2012) 2 (2000, 2011) 1 (2010)
Bandiera tal-Italja Italja 2 (2007, 2010)
Bandiera ta' Spanja Spanja 2 (2009, 2011) 1 (2006) 1 (2000)
Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 1 (2008) 2 (2005, 2012)
Bandiera tal-Arġentina Arġentina 2 (2007, 2009)
Bandiera tal-Ekwador Ekwador 1 (2008)
Bandiera tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo RD tal-Kongo 1 (2010)
Bandiera tal-Ġappun Ġappun 2 (2007, 2008) 1 (2011)
Bandiera tal-Messiku Messiku 2 (2000, 2012) 3 (2006, 2008, 2009)
Bandiera tal-Korea t'Isfel Korea t'Isfel 1 (2009) 1 (2010)
Bandiera tal-Eġittu Eġittu 1 (2006) 1 (2012)
Bandiera tal-Kosta Rika Kosta Rika 1 (2005)
Bandiera tal-Qatar Qatar 1 (2011)
Bandiera tat-Tuneżija Tuneżija 1 (2007)
Bandiera tal-Arabja Sawdija Arabja Sawdija 1 (2005)

Skont il-klabb

[immodifika | immodifika s-sors]
Tim Rebbieħa Finalisti telliefa It-Tielet Ir-Raba'
Spanja Barcelona 2 (2009, 2011) 1 (2006)
Brażil Corinthians 2 (2000, 2012)
Brażil Internacional 1 (2006) (2010)
Italja Internazionale 1 (2010)
Ingilterra Manchester United 1 (2008)
Italja Milan 1 (2007)
Brażil São Paulo 1 (2005)
Repubblika Demokratika tal-Kongo TP Mazembe 1 (2010)
Ingilterra Chelsea 1 (2012)
Brażil Santos 1 (2011)
Arġentina Estudiantes 1 (2009)
Ekwador LDU Quito 1 (2008)
Arġentina Boca Juniors 1 (2007)
Ingilterra Liverpool 1 (2005)
Brażil Vasco da Gama 1 (2000)
Messiku Monterrey 1 (2012)
Qatar Al Sadd 1 (2011)
Korea t'Isfel Pohang Steelers 1 (2009)
Ġappun Gamba Osaka 1 (2008)
Ġappun Urawa Red Diamonds 1 (2007)
Eġittu Al-Ahly 1 (2006) 1 (2012)
Kosta Rika Deportivo Saprissa 1 (2005)
Messiku Necaxa 1 (2000)
Ġappun Kashiwa Reysol 1 (2011)
Korea t'Isfel Seongnam 1 (2010)
Messiku Atlante 1 (2009)
Messiku Pachuca 1 (2008)
Tuneżija Étoile du Sahel 1 (2007)
Messiku América 1 (2006)
Arabja Sawdija Al-Ittihad 1 (2005)
Spanja Real Madrid 1 (2000)

Skont il-konfederazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Konfederazzjoni Rebbieħ Finalista tellief It-Tielet Ir-Raba'
UEFA 5 (2007, 2008, 2009, 2010, 2011) 3 (2005, 2006, 2012) 1 (2000)
CONMEBOL 4 (2000, 2005, 2006, 2012) 5 (2000, 2007, 2008, 2009, 2011) 1 (2010)
CAF 1 (2010) 1 (2006) 2 (2007, 2012)
AFC 4 (2007, 2008, 2009, 2011) 2 (2005, 2010)
CONCACAF 3 (2000, 2005, 2012) 3 (2006, 2008, 2009)
OFC
  1. ^ "Football's global power struggle" (bl-Ingliż). BBC. 1999-12-20.
  2. ^ "Corinthians crowned world champions" (bl-Ingliż). BBC. 2000-01-15.
  3. ^ "Organising committee approves tournament format with reintroduction of match for fifth place" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-03-12. Miġbur 2008-03-13.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]