Dengfeng
Dengfeng | |
---|---|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Province of China | Henan |
Belt prefettura | Zhengzhou |
Isem uffiċjali |
登封市 登封县 |
Kodiċi postali |
452470 |
Ġeografija | |
Koordinati | 34°27′37″N 113°01′41″E / 34.46031°N 113.02803°EKoordinati: 34°27′37″N 113°01′41″E / 34.46031°N 113.02803°E |
Superfiċjenti | 1,216.83 kilometru kwadru |
Għoli | 2,400 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 729,332 abitanti (2020) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC 8 |
dengfeng.gov.cn |
Dengfeng (biċ-Ċiniż: 登封; bil-Pinjin: Dēngfēng), spelluta wkoll Tengfeng, hija belt fil-livell ta' kontea fil-Provinċja ta' Henan, iċ-Ċina. Taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-belt fil-livell ta' prefettura ta' Zhengzhou. Fi żmien il-qedem, il-belt kienet magħrufa bħala Yangcheng (biċ-Ċiniż tradizzjonali: 陽城; biċ-Ċiniż simplifikat: 阳城; bil-Pinjin: Yángchéng).
Dengfeng għandha erja ta' 1,220 km2 (470 mil kwadru) u popolazzjoni ta' 630,000 ruħ.[1][2] Tokkupa r-rokna tal-Lbiċ ta' Zhengzhou u hija l-iżjed diviżjoni fil-Punent fil-livell ta' kontea.
Dengfeng tinsab fil-bażi tal-Muntanja Song, waħda mill-iżjed muntanji sagri fiċ-Ċina. Il-belt hija wieħed mill-iżjed ċentri spiritwali rinomati taċ-Ċina, u tospita diversi istituzzjonijiet reliġjużi u tempji famużi, fosthom it-Tempju Taoist ta' Zhongyue, it-Tempju Buddist ta' Shaolin (ċentru rinomat għall-arti marzjali), kif ukoll l-Akkademja tal-Konfuċjaniżmu ta' Songyang u l-Osservatorju ta' Gaocheng. B'hekk ġiet imlaqqma fil-letteratura Ċiniża bl-espressjoni poetika "ċentru (spiritwali) tas-smewwiet u tad-dinja". Partijiet mill-belt tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.[3]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Bħala l-ewwel belt kapitali tad-dinastija Xia, Yangcheng inbniet fil-Punent tar-Raggruppament ta' Rħula ta' Gaocheng max-xmara Yin taħt il-muntanja sagra ta' Song.
Il-monasteru famuż ta' Shaolin, tradizzjonalment ikkunsidrat bħala l-oriġini taż-Żen, jinsab f'Dengfeng u fih isir it-tagħlim tal-arti marzjali lit-tfal kif ukoll lill-adulti. Il-monasteru huwa wkoll attrazzjoni turistika famuża.
Diviżjonijiet amministrattivi
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-2012, il-belt hija maqsuma fi tliet sottodistretti, tmien irħula u ħames raggruppamenti ta' rħula.[4]
- Sottodistretti
|
|
- Irħula
|
|
- Raggruppamenti ta' rħula
|
|
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2010, l-UNESCO ddeżinjat diversi komponenti rinomati ta' Dengfeng bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu uffiċjali "Monumenti Storiċi ta' Dengfeng fiċ-"Ċentru tas-Smewwiet u tad-Dinja".[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn diversi daħliet storiċi, tempji, akkademja tal-Konfuċjaniżmu u l-Osservatorju ta' Gaocheng:
- id-Daħliet ta' Taishi Que (biċ-Ċiniż: 太室闕): dawn id-daħliet inbnew quddiem dak li mbagħad sar it-Tempju ta' Zhongyue fl-118 W.K., b'riljievi mnaqqxa ta' annimali, siġar u spirti;
- it-Tempju ta' Zhongyue: dan it-tempju tat-Taoiżmu nbena fis-seklu 5 matul ir-riformi ta' Kou Qianzhi; jinkludi s-Sala ta' Juni, li hija sala kbira għas-sagrifiċċji lill-allat, u żewġ statwi tal-ġebel li nbnew fl-118 W.K. li huma l-eqdem statwi tal-ġebel li għadhom jeżistu fiċ-Ċina;
- id-Daħliet ta' Shaoshi Que: daħliet tad-dinastija Han (li jmorru lura għall-123 W.K.), b'pitturi ta' żwiemel waqt il-galopp, ċirklu, u l-cuju, logħba tal-futbol tal-qedem.
- id-Daħliet ta' Qimu Que: dawn iż-żewġ daħliet inbnew fl-123 W.K., bi xbihat li juru xeni tal-ġlied tas-sriedaq, tal-għargħar u taż-żjarat mill-Imperu Ruman;
- il-Pagoda tat-Tempju ta' Songyue: inbniet bejn il-508 u l-511, u kellha arkitettura innovattiva ħafna, tant li saret mudell għal bosta pagodi fil-ġejjieni;
- il-Monasteru ta' Shaolin u l-Foresta tal-Pagodi tiegħu: kumpless ta' tempji b'iktar minn 240 pagoda, li nbniew matul 1,300 sena mis-seklu 5; dan huwa sit sagru ewlieni tal-Buddiżmu;
- it-Tempju ta' Huishan: tempju tal-injam li nbena fis-seklu 12 fis-sit tar-residenza tal-astronomu Yi Xing;
- l-Akkademja ta' Songyang: inħolqot matul żmien id-dinastija Tang, u kienet meqjusa bħala waħda mill-erba' akkademji l-kbar tat-tagħlim klassiku fiċ-Ċina; ikkontribwiet għat-tixrid tal-Konfuċjaniżmu madwar iċ-Ċina;[5]
- l-Osservatorju Astronomiku ta' Gaocheng: osservatorju li nbena fis-seklu 13 għall-kejl bir-reqqa tad-dinja u għall-ħolqien ta' kalendarji preċiżi.
Siti notevoli oħra f'Dengfeng jinkludu t-Tempju ta' Fawang, tempju Buddista li nbena matul żmien id-dinastija Tang.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Data klimatika Dengfeng, elevazzjoni ta' 427 metru (1,401 pied), temp. normali fl-1991–2020, temp. estremi fl-1981–2010 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 18.8 (65.8) |
21.8 (71.2) |
31.7 (89.1) |
38.5 (101.3) |
38.0 (100.4) |
40.1 (104.2) |
39.4 (102.9) |
37.0 (98.6) |
37.6 (99.7) |
31.2 (88.2) |
27.4 (81.3) |
21.4 (70.5) |
40.1 (104.2) |
Medja massima kuljum °C (°F) | 5.6 (42.1) |
9.1 (48.4) |
14.8 (58.6) |
21.7 (71.1) |
26.8 (80.2) |
30.7 (87.3) |
31.1 (88.0) |
29.7 (85.5) |
25.7 (78.3) |
20.6 (69.1) |
13.7 (56.7) |
7.7 (45.9) |
19.8 (67.6) |
Medja kuljum °C (°F) | 1.1 (34.0) |
4.1 (39.4) |
9.5 (49.1) |
16.1 (61.0) |
21.5 (70.7) |
25.6 (78.1) |
26.6 (79.9) |
25.3 (77.5) |
21.1 (70.0) |
15.8 (60.4) |
9.0 (48.2) |
3.2 (37.8) |
14.9 (58.8) |
Medja minima kuljum °C (°F) | −2.5 (27.5) |
0.2 (32.4) |
5.0 (41.0) |
10.9 (51.6) |
16.3 (61.3) |
20.6 (69.1) |
22.8 (73.0) |
21.6 (70.9) |
17.1 (62.8) |
11.7 (53.1) |
5.2 (41.4) |
−0.3 (31.5) |
10.7 (51.3) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | −9.9 (14.2) |
−10.1 (13.8) |
−5.4 (22.3) |
−0.2 (31.6) |
7.2 (45.0) |
12.8 (55.0) |
17.4 (63.3) |
11.3 (52.3) |
9.8 (49.6) |
0.6 (33.1) |
−4.3 (24.3) |
−9.3 (15.3) |
−10.1 (13.8) |
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) | 9.5 (0.37) |
11.5 (0.45) |
19.8 (0.78) |
35.9 (1.41) |
57.2 (2.25) |
65.6 (2.58) |
133.1 (5.24) |
102.1 (4.02) |
69.6 (2.74) |
38.5 (1.52) |
24.8 (0.98) |
7.4 (0.29) |
575 (22.63) |
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 4.1 | 4.2 | 5.7 | 6.1 | 7.5 | 8.2 | 11.8 | 11.0 | 9.0 | 6.8 | 5.3 | 3.6 | 83.3 |
Medja għall-jiem bil-borra | 5.0 | 4.1 | 2.2 | 0.3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1.5 | 3.6 | 16.7 |
Medja tal-umdità relattiva (%) | 50 | 53 | 52 | 53 | 54 | 58 | 72 | 74 | 67 | 59 | 56 | 49 | 58 |
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx | 140.0 | 143.5 | 178.8 | 207.2 | 219.6 | 207.1 | 181.7 | 177.9 | 159.4 | 166.0 | 151.0 | 151.5 | 2,083.7 |
Perċentwal għall-possibilità tax-xemx | 45 | 46 | 48 | 53 | 51 | 48 | 42 | 43 | 43 | 48 | 49 | 50 | 47 |
Sors: China Meteorological Administration[6] |
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Awtostrada Nazzjonali taċ-Ċina Nru 207;
- il-Linja Ferrovjarja Turistika ta' Dengfeng.
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Introduction to Dengfeng". web.archive.org. 2007. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-22. Miġbur 2024-09-09.
- ^ "全国各县市区人口排名-红黑人口库". www.hongheiku.com. Miġbur 2024-09-09.
- ^ a b ċ "Historic Monuments of Dengfeng in "The Centre of Heaven and Earth"". whc.unesco.org. Miġbur 2024-09-09.
- ^ "聊城市-区划地名网(行政区划网)". www.xzqh.org. Miġbur 2024-09-09.
- ^ "Rapport tal-ICOMOS". whc.unesco.org. Miġbur 2024-09-09.
- ^ . China Meteorological Administration http://data.cma.cn/data/weatherBk.html. Parametru mhux magħruf
|script-title=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|access-date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|language=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna)