Aqbeż għall-kontentut

Dasyurus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dasyurus
Firxa tal-fossili: Mijoċen tard sa riċenti
Dasyurus maculatus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Sottofamilja: Dasyurinae
Ġeneru: Dasyurus
É. Geoffroy, 1796
Speċi

Dasyurus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament il-Kwollijiet jew kif xi jissejħu ukoll il-qtates marsupjali jew qtates nativi, tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' 9 ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex, Pseudantechinus u Sarcophilus.

Il-ġeneru Dasyurus jiġbor fiħ 7 speċi, 1 estinta u 6 estanti. Il-Kwollijiet snin ilu kienu ikklassifikat f' bosta fil-ġeneri, sakemm studji ġeneetiċi aktar fil-fond urew li dawn huma kollha relatati fil-qrib, tant li kollha jikklassifikaw f' ġeneru wieħed.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kwoll, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0-8018-5789-9.

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]