Curzio Maltese
Curzio Maltese | |||
---|---|---|---|
1 Lulju 2014 - District: Majjistral tal-Italja Election: Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014 | |||
Ħajja | |||
Twelid | Milan, 30 Marzu 1959 | ||
Nazzjonalità | Italja | ||
L-ewwel lingwa | Taljan | ||
Mewt | Milan, 26 Frar 2023 | ||
Familja | |||
Aħwa |
uri | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta’ Milan | ||
Lingwi | Taljan | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
ġurnalist kittieb politiku | ||
Post tax-xogħol |
Strasburgu Brussell |
Curzio Maltese (twieled f'Milan fit-30 ta' Marzu 1959 – miet f'Milan fis-26 ta' Frar 2023) kien ġurnalist, kittieb, politiku u awtur televiżiv Taljan, u mill-2014 sal-2019 kien Membru Parlamentari Ewropew mal-grupp L'Altra Europa flimkien ma' Tsipras.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Twieled f'Milan u trabba f'Sesto San Giovanni. Oħtu kienet ġurnalista sportiva tar-RAI, Cinzia Maltese, li mietet żgħira fl-2002. Wara perjodu jaħdem fil-fabbriki u fir-radju indipendenti, daħal b'ruħu u b'ġismu għall-ġurnaliżmu.
Beda jieħu ħsieb ir-rokna sportiva u l-kronaka għall-ġurnali La Notte, La Gazzetta dello Sport u La Stampa. Għall-gazzetta ta' Torino beda jieħu ħsieb jagħmel kummenti politiċi, kif ukoll ir-rokna taċ-ċinema u tat-teatru. Mill-1996 sal-2021 ħa ħsieb ir-rokna Contromano fuq il-gazzetta li toħroġ darba kull ġimgħa, Il Venerdì di Repubblica. Mill-1995 sal-2021 kien editorjalista tal-ġurnal La Repubblica, filwaqt li mill-2022 sal-2023 kien editorjalista tal-ġurnal Domani.
Fl-2014 ikkontesta bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bħala kap tar-rappreżentanza tal-Majjistral tal-Italja għall-grupp L'Altra Europa flimkien ma' Tsipras, b'appoġġ għall-Koalizzjoni tax-Xellug Radikali għal Alexīs Tsipras bħala President tal-Kummissjoni Ewropea, u kiseb 31.980 vot ta' preferenza (unijiet). Għalkemm ġie l-ewwel kandidat fost dawk li ma ġewx eletti fil-lista rappreżentattiva tiegħu, sar Membru Parlamentari Ewropew bis-saħħa tar-rinunzja pubblika ta' Moni Ovadia.[1]
Bħala awtur televiżiv ikkollabora ma' Corrado Guzzanti fit-twettiq tal-programm popolari Il caso Scafroglia. Barra minn hekk ikkollabora ma' awturi oħra, fosthom Maurizio Crozza u Enrico Bertolino. Ħoloq u pproduċa żewġ dokumentarji, wieħed fuq Renzo Piano u ieħor fuq Paolo Conte, għal Canal Italia.
Wara perjodu twil ta' mard, miet f'Milan fis-26 ta' Frar 2023 tal-età ta' 63 sena.[2]
Kontroversji
[immodifika | immodifika s-sors]Curzio Maltese wettaq bosta inkjesti dwar il-kostijiet tal-Knisja Kattolika mġarrba miċ-ċittadini tal-Istat Taljan, bħall-għotjiet perċentwali mill-pagi (otto per mille) jew it-tagħlim tar-reliġjon Kattolika fl-Italja, ippubblikati f'diversi artikli fuq La Repubblica u mbagħad miġbura fil-ktieb La questua.[3][4] Avvenire wieġbu f'diversi okkażjonijiet, anke permezz tal-ktejjeb La vera questua, mehmuż mal-ġurnal ta' Umberto Folena, fis-26 ta' Lulju 2008.[5]
Bħala Membru Parlamentari Ewropew ġie akkużat li spiss kien ikun assenti għal-laqgħat parlamentari,[6] għalkemm l-istatistiki ta' VoteWatch urew li ħa sehem f'95 % tas-sessjonijiet ta' votazzjoni.[7] Ġie kkritikat li kien jaqla' salarju doppju bħala Membru Parlamentari Ewropew u bħala ġurnalista ta' La Repubblica, u minkejja li r-regoli ma kinux jimponu li jirrinunzja, huwa rrinunzja għall-kuntratt li kellu mal-ġurnal.[8]
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Flimkien ma' Pino Corrias u Massimo Gramellini, 1994. Colpo grosso, Milan, Baldini & Castoldi, 1994. ISBN 88-85987-57-5.
- Come ti sei ridotto. Modesta proposta di sopravvivenza al declino della nazione, Milan, Feltrinelli, 2006. ISBN 88-07-84068-5. Analiżi oriġinali tal-fenomenu ta' Silvio Berlusconi, kif jikteb Giorgio Bocca fil-prefazzjoni, dwar "il-Faxxiżmu perenni li terġa' titfaċċa fl-istorja Taljana".
- I padroni delle città, Milan, Feltrinelli, 2007. ISBN 978-88-07-17137-6. Riflessjonijiet dwar l-aspetti ekonomiċi u soċjopolitiċi ta' diversi bliet kapitali reġjonali Taljani. Il-premessa hi li għaċ-ċittadini Taljani l-komun ta' oriġini tagħhom kien dejjem iktar importanti mil-livell reġjonali jew statali.
- La questua. Quanto costa la Chiesa agli italiani, Milan, Feltrinelli, 2008. ISBN 978-88-07-17149-9. Kritika dwar aspetti "li ma tantx huma magħrufa u mhux dejjem huma trasparenti", rigward id-demokrazija Taljana bħal-lealtà fiskali, il-ġestjoni tajba tar-riżorsi pubbliċi u l-lajċità tal-Istat.
- La bolla. La pericolosa fine del sogno berlusconiano, Milan, Feltrinelli, 2009. ISBN 978-88-07-17172-7.
- Viaggio nella crisi della Lega, Ruma, La Repubblica, 2012. ISBN 978-88-88-24108-1-EPUB. Sinteżi u approfondiment dwar l-għawġ tal-moviment politiku mmexxi minn Umberto Bossi.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Elezioni Europee, Curzio Maltese va a Strasburgo grazie alla rinuncia di Moni Ovadia - Libero Quotidiano". web.archive.org. 2014-05-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-05-27. Miġbur 2023-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "È morto a 63 anni il giornalista Curzio Maltese". Il Post (bit-Taljan). 2023-02-26. Miġbur 2023-02-27.
- ^ "I conti della Chiesa ecco quanto ci costa - cronaca - Repubblica.it". www.repubblica.it. Miġbur 2023-02-27.
- ^ "Selezione di articoli di Curzio Maltese apparsi su la Repubblica fra ottobre e dicembre 2007" (PDF). web.archive.org. 2012-03-03. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-03-03. Miġbur 2023-02-27.
- ^ ""La vera questua", ovvero se la Chiesa spiazza i laicisti" (bit-Taljan). 2008-07-25. Miġbur 2023-02-27.
- ^ "Archivi Blog". Linkiesta.it (bit-Taljan). Miġbur 2023-02-27.
- ^ "Curzio MALTESE - VoteWatch Europe". web.archive.org. 2017-03-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-03-31. Miġbur 2023-02-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ ""Strasburgo e Repubblica, due stipendi per Maltese". Lui: "Non ho doppio incarico"". Il Fatto Quotidiano (bit-Taljan). 2014-09-22. Miġbur 2023-02-27.