Aphra Behn
Aphra Behn | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Aphra Johnson |
Twelid | Canterbury (en) , 10 Lulju 1640, 1640 |
Nazzjonalità | Renju tal-Ingilterra |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Londra, 16 April 1689 |
Post tad-dfin | Abbazija ta’ Westminster |
Familja | |
Koppja/i | William Scott (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
drammaturgu traduttur poeta kittieb rumanzier attivista tad-drittijiet tan-nisa |
Xogħlijiet importanti |
Oroonoko (en) The Forc'd Marriage (en) The Dutch Lover (en) Abdelazer (en) The Town Fop or, Sir Timothy Tawdry (en) The Rover (en) The Feign'd Curtizans (en) The City Heiress (en) The Luckey Chance (en) The Emperor of the Moon (en) The Widow Ranter, or, the History of Bacon in Virginia (en) The Younger Brother, or, The Amorous Jilt (en) The Fair Jilt (en) Agnes de Castro, or, the Force of Generous Love (en) Love-Letters Between a Nobleman and His Sister (en) The History of the Nun (en) |
Psewdonomu | Astrea |
Moviment artistiku | rumanz romantiku |
Aphra Behn (/ˈæfrə bɛn/;[a] bapt. 14 ta’ Diċembru 1640[1]—16 ta’ April 1689) kienet drammaturgu, poetessa, kittieba tal-proża, u traduttriċi mill-era tar-Restorazzjoni tal-Monarkija Stwarda. Bħala waħda mill-ewwel nisa li qalgħet l-għajxien tagħha permezz ta’ kitbietha, Behn kisret l-ostakli kulturali u serviet ta’ mudell letterarju għall-ġenerazzjonijiet futuri ta’ kittieba nisa. Behn saret magħrufa wara perjodu fejn ħadd ma kien jaf biha u ġibdet l-attenzjoni tar-Re Karlu II, li impjegaha bħala spija f’Antwerp. Hija bdiet tikteb testi teatrali wara li serviet sentenza qasira fil-ħabs għad-dejn, u mar-ritorn tagħha f’Londra. Kienet imsieħba fi grupp ta’ poeti u libertini famużi bħal John Wilmot u Lord Rochester. Behn kienet tikteb taħt il-psewdonimu pastorali ta’ Astrea. Matul iż-żminijiet politiċi turbulenti tal-Kriżi tal-Esklużjoni, kitbet epilogu u prologu li daħħluha fi problemi legali; minn hemm ‘il quddiem, iddedikat il-biċċa l-kbira tal-kitba tagħha għat-traduzzjonijiet u għall-ġeneru tal-proża. Minħabba li tappoġġja bis-sħiħ il-fazzjoni Stwarda. Behn irrifjutat stedina mill-Isqof Burnet sabiex tikteb poeżija biex tilqa’ lir-re l-ġdid William III. Hija mietet ftit wara.[2]
Hija mfakkra fix-xogħol ta’ Virginia Woolf A Room of One’s Own: “In-nisa kollha flimkien għandhom iħallu l-fjuri jaqgħu fuq il-qabar ta’ Aphra Behn, li huwa, b’mod skandaluż iżda pjuttost xieraq, f’Westminster Abbey, għax kienet hi li kisbitilhom id-dritt li jgħidu dak li jħossu.”[3] Il-qabar tagħha mhuwiex inkluż fir-Rokna tal-Poeti, iżda jinsab fil-kjostru tal-Lvant ħdejn it-taraġ tal-knisja f’Westminister.[4]
L-iktar xogħlijiet magħrufa tagħha huma d-dramm The Rover [5] u Oroonoko: or, the Royal Slave, xi drabi meqjus bħala rumanz Ingliż bikri.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Britland, Karen (2021-01-02). "Aphra Behn's first marriage?". The Seventeenth Century (bl-Ingliż). 36 (1): 33–53.
- ^ Janet Todd, "Behn, Aphra (1640?–1689)", Oxford Dictionary of National Biography, Oxford University Press, 2004
- ^ Woolf, Virginia (1929). A Room of One's Own. New York: Harcourt Brace. p. 69. OCLC 326933.
- ^ "Westminster Abbey". Westminster Abbey. 2015. Retrieved 30 October 2015.
- ^ Behn, Aphra (1998). The rover ; The feigned courtesans ; the lucky chance ; The emperor of the moon. Oxford: Oxford University Press.