Ajruport Dong Hoi
L-Ajruport Dong Hoi huwa ajruport li jinsab fil-komun ta' Loc Ninh, 6 kilometri 'l bogħod mill-belt ta' Dong Hoi, kapitali tal-provinċja ta' Quang Binh, fil-Vjetnam. Il-faċilità tkopri 173 ettaru, fuq żona ramlija, mal-kosta tal-Baħar taċ-Ċina t'Isfel. Il-pista tilħaq qrib ix-xtajta u hi kważi paralleli għall-Awstrostada Nazzjonali 1A. Il-pista tal-inżul ġiet mibnija mill-kolonjalisti Franċiżi fis-snin tletin sabiex isservi għall-Ewwel Gwerra Indoċiniża u ġiet imtejba mill-Vjetnam ta' Fuq bħala bażi tal-ajru għall-Gwerra tal-Vjetnam.
Fit-30 ta' Awwissu 2004, bdiet ir-rinnovazzjoni (jew aħjar ir-rikostruzzjoni) ta' dan l-ajruport u ġiet skedata li tintemm fl-2006. Kien f'Mejju tal-2008 li dan ġie inawgurat. Fit-18 ta' Mejju, 2008, l-ajruport infetaħ uffiċjalment bl-ewwel titjira kummerċjali mill-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Bai, f'Ħanoj. Sal-2008, dan huwa wieħed mit-tliet ajruporti kummerċjali f'Bac Trung Bo, l-oħrajn ikunu l-Ajruport Internazzjonali ta' Phu Bai (90 mil fin-Nofsinhar tal-Ajruport Dong Hoi) u l-Ajruport Vinh (97 mil fit-Tramuntana tal-Ajruport Dong Hoi).
Linji tal-ajru u destinazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]L-ajruport iservi lill-belt ta' Dong Hoi. Dan iservi sabiex iwassal lit-turisti lejn il-bajjiet li jinsabu f'Dong Hoi kif ukoll lejn il-Park Nazzjonali ta' Phong Nha-Ke Bang. Sa Diċembru 2009, il-Vietnam Airlines kienu qed jagħmlu titjiriet mingħajr waqfien, fejn rabtu dan l-ajruport mal-Ajruport Internazzjonali ta' Noi Boi u l-Ajruport Internazzjonali ta' Tan Son Nhat.[1][2]
L-iskeda tat-titjiriet hija din segwenti:
Nru. | Rotta | Kodiċi tat-titjira | Ħin tat-tluq | Ħin tal-wasla |
---|---|---|---|---|
1. | Hanoi - Dong Hoi | VN279 | 07:00 | 08:05 |
2. | Dong Hoi - Ho Chi Minh | VN379 | 08:45 | 10:20 |
3. | Ho Chi Minh - Dong Hoi | VN378 | 11:10 | 12:45 |
4. | Dong Hoi - Ha Noi | VN278 | 13:25 | 14:30 |
Nota:
- Il-ħin muri huwa GMT 7.
- It-titjiriet isiru kull nhar ta' Tlieta, Ħamis u Ħadd.
- L-ajruplan għal dawn it-titjiriet huwa Fokker 70.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ajruport Dong Hoi |
- ^ Sit uffiċjali tal-Vietnam Airlines
- ^ VietnamNet, ed. (26-04-2009). "Quang Binh province urged to fully tap its advantages" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-04-30. Miġbur 2010-06-03. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna)