Aqbeż għall-kontentut

Susanna Amatuni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Susanna Amatuni
Ħajja
Twelid Yerevan, 28 Frar 1924
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Armenja
Mewt Yerevan, 20 Marzu 2010
Familja
Missier Babken Amatuni
Tribù Amatuni family (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Shirak State University named after Mikayel Nalbandian (en) Translate 1943)
Gnessin Russian Academy of Music (en) Translate
Livell tal-edukazzjoni Doktor Nauk in History of Art (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
mużikologu
Impjegaturi Yerevan Komitas State Conservatory (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Union of Soviet Composers (en) Translate

Susanna (Shushanik) Amatuni (Շուշանիկ (Սուսաննա) Բակենի Ամատունի, 28 ta' Frar 1924, Yerevan - 20 ta' Marzu 2010, Yerevan) kienet kritika tal-arti Armenjana Sovjetika, mużikoloġista, Dottoressa tal-Arti (1988), professura (1997), Għalliema Onorata tal-Unjoni Sovjetika(1966).

Amatuni Susanna, Geghuni Chitchyan et al.

Susanna (Shushanik) Babken Amatuni twieldet fl-1924 f'Yerevan, l-Armenja. Fl-1943 iggradwat mill-Università tal-Istat Shirak f'Leninakan, Armenia, mid-dipartiment tal-Fiżika u tal-Matematika u fl-1944 mill-kulleġġ tal-mużika Kara-Murza f'Leninakan. Studjat Teorija tal-Mużika u Komponiment fl-Istitut tal-Mużika u tal-Pedagoġija Gnesin, magħruf bħala l-itqal fil-post. Fl-1951 marret lura l-Armenja u sa l-1968 għallmet suġġetti teoretiċi fl-iskola tal-mużika Chaikovsky, Yerevan. Fl-1961 ġiet mistiedna biex tgħallem fil-Konservatorju tal-Istat Komitas ta' Yerevan fejn fasslet metodu uniku u għallmet kors speċjali dwar l-analiżi tal-mużika għad-Dipartiment tat-Teorija. Amatuni għallmet ukoll kif tgħallem il-pjanu fors korsijiet oħra. Fl-1988 ġiet onorata Dottoressa tal-Arti għall-monografija "Arno Babajanian. Kompożizzjonijiet Strumentali".

Prof. Amatuni kitbet 'il fuq minn 50 artikli xjentifiċi. Ipparteċipat f'numru ta' konferenzi xjentifiċi fi bliet differenti tal-Unjoni Sovjetika: Moska, Leningrad, Tbilisi, Yerevan. Kitbet ukoll bosta xogħlijietbħal per eżempju «Arno Babajanian. Kompożizzjonijiet Strumentali»,[1] «Il-Ħajja u Xogħlijiet ta' Geghuni Chitchian» [2](Yerevan, 2003), kotba tal-iskola «Music Literature for 6-th grade of Music School», «Music Literature for 7-th grade of Music School» (l-1el u t-2ni edizzjonijiet), u sensiela ta' brochures. Ir-riċerka xjentifika tagħha tinkludi l-analiżi tad-differenzi stilistiċi u melodiċi tax-xogħlijiet ta' Sayat-Nova, Komitas, Arno Babajanian, Anushavan Ter-Ghevondyan, Haro Stepanyan, Geghuni Chitchian u kompożituri oħra.[3]

  1. ^ Аматуни, Сусанна (1985-01-23). Арно Бабаджанян: инструментальное творчество: исследование (bir-Russu). Изд-во "Советакан грох".
  2. ^ Аматуни, Сусанна Бабкеновна. - Жизнь и творчество Гегуни Читчян - Search RSL. search.rsl.ru (bir-Russu).
  3. ^ ВСПОМИНАЯ СУСАННУ АМАТУНИ. www.golosarmenii.am (bir-Russu).
  • Մնացականի Այվազյան, Հովհաննես, ed. (2005). Ով Ով է հայեր: Կենսագրական հանրագիտարան (bl-Armen). 1. Հայկական հանրագիտարան հրատարակչություն. ISBN 9785897000265.